Left arrow Mur Lura

TINFETAĦ FIERA FIR-RESIDENZA SAN VINĊENZ DE PAUL

pr2178
Date Icon 23/11/2010
Ix-xogħolijiet ta’135 anzjan u anzjana, ilkoll residenti fir-Residenza San Vinċenz De Paul, qed jiġu esebiti waqt il-fiera annwali organizzata mid-Dipartiment tal-Occupational Therapy.
Waqt l-inawgurazzjonital-fiera, is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità, l-Onor Mario Galea faħħar il-livell tax-xogħolijiet esebiti, li fosthom hemm ukoll dawk maħduma mir-residenti li għandhom id-dimensja.
Hu rringrazzja lill-OccupationalTherapists li jgħaddu ħadna ħin mar-residenti sabiex jgħinuhom jiżviluppaw ħiliet ġodda u jsaħħu oħrajn li diġà għandhom. Dan jgħin biex l-anzjani jimlew il-ħin liberu li jkollhom filwaqt li jistimola l-kreattività.
Din hi l-10 edizzjonital-fiera li hi mmirata li sservi ta’ motivazzjoni għall-anzjani. Matul il-fiera l-pubbliku jista’ jixtri l-oġġetti esebiti kif ukoll jiltaqa’ ma’ wħud mill-anzjani.
Il-fiera, li qedissir fil-foyer tat-teatru tal-istess Residenza tibqa’ miftuħa sal-Ħadd li ġej mid-9 ta’ filgħodu sal-5 ta’ filgħaxija.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow