DISKORS MILL-ONOR. LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU, FL-GĦELUQ TAL-EWWEL ASSEMBLEA ĠENERALI TAL-MALTA DOCKERS UNION - IL-FURJANA – IT-TLIETA, 23 TA’ NOVEMBRU 2010
pr2175
23/11/2010
| Sur President, | Onorevoli Kap tal-Oppożizzjoni, Mistiedna Distinti, Sinjuri, |
| Ilqajt bi pjaċir l-istedina | tal-Malta Dockers Union biex nagħlaq din l-ewwel Assemblea Ġenerali. Laqgħa li mhux biss toffri l-opportunità li nirriflettu fuq qasam tant importanti għall-ekonomija imma hi okkażjoni li tagħtini l-opportunità li f’isem il-Gvern nirringrazzjakom tax-xogħol kollu tagħkom. |
| Xogħolkom huwa | tabilħaqq ħolqa importanti fl-ekonomija ta’ pajjiżna. Fuqu mhux biss tiddependi ħafna mill-attività ekonomika, imma wkoll eluf ta’ postijiet tax-xogħol. Il-Gvern u l-poplu jirrikonoxxi l-kontribut tagħkom u kommessi li nkomplu nkunu ta’ sostenn għalikom, għall-familji tagħkom u għall-industrija. |
| Il-Malta Dockers | Union u din l-Assemblea Ġenerali jgħinuna nirriflettu fuq żewġ oqsma kruċjali għall-ekonomija Maltija – ir-riformi u s-settur marittimu. |
| Meta nħarsu lura lejn | it-twaqqif tal-Malta Dockers Union naraw li din l-union twaqqfet biex tilqa’ għall-isfidi tar-riformi li kien hemm bżonn isiru. Riformi li l-ħaddiema ma beżgħux minnhom imma li għarfu l-opportunitajiet li din l-isfida kienet se toffri. |
| Irridu għalhekk bħala | poplu nimxu fuq dan l-eżempju u nkomplu naraw l-opportunitajiet li joffru r-riformi. Opportunitajiet li jistgħu ma jkunux fil-futur immedjat. Iżda r-responsabbiltà politika u l-għaqal fit-tmexxija jitolbu li nħarsu fit-tul, u għall-ġid ta’ kulħadd. |
Sinjuri,
| Ir-riforma | tal-portijiet li saret fl-2007 hija biss ħolqa waħda minn katina sħiħa ta’ riformi li wettaqna tul is-snin u li qed inwettqu. |
| Il-poplu Malti dejjem | wera li ma jaqtax qalbu quddiem l-isfidi li jiġu quddiemu. Flimkien, anke kontra l-kurrenti u l-mewġ, wettaqna riformi importanti għal pajjiżna. Riformi li għenu lil pajjiżna jaffronta din il-kriżi globali. Ir-riżultati li qed tikseb Malta quddiem dawn l-isfidi għandhom ikomplu jimluna bil-kuraġġ biex inkomplu fil-proċess ta’ riformi importanti. Rata ta’ tkabbir aktar mgħaġġla mill-medja tal-Unjoni Ewropea u taż-żona ewro, ir-raba’ lanqas rata ta’ qgħad, sena rekord fit-turiżmu u l-investiment barrani li qed jiġi f’pajjiżna huma ċertifikat ta’ dawn ir-riformi. Ċertifikati li ġew konfermati minn aġenziji barranin li filwaqt li ma ddejqux iċanfru pajjiżi oħra talli ma wettqux riformi neċessarji fil-passat, urew il-fiduċja tagħhom f’pajjiżna u wisq aktar fil-prospetti futuri. |
| Id-dħul ta’ Malta | fl-Unjoni Ewropea, id-dħul fiż-żona ewro u aktar riċenti r-riforma fil-liġi tal-kera, fit-tarznari u fit-trasport pubbliku huma kollha riformi li se jkomplu jgħinu lil pajjiżna jsir aktar flessibbli u aktar kapaċi jilqa’ għall-isfidi ta’ għada. Sfidi li mhux se jieqfu. L-importanti hu li nkunu kapaċi nagħrfu l-isfidi u nieħdu d-deċiżjonijiet b’mod responsabbli u għaqli. |
| Biżżejjed insegwu | l-aħbarjiet u naraw il-prezz għoli li pajjiżi ġirien tagħna, qed ikollhom iħallsu. Prezz għoli li jista’ jitkejjel fit-tnaqqis fl-investiment, bit-tnaqqis fil-postijiet tax-xogħol, biż-żieda fil-qgħad, tnaqqis ta’ benefiċċji soċjali u tnaqqis fl-investiment fl-edukazzjoni. Prezz li jitħallas mill-familji, mill-ħaddiema u miż-żgħażagħ. |
| Min-naħa l-oħra | r-riżultat tar-riformi li wettaqna tul is-snin u li qed inwettqu bħalissa huwa rifless fiż-żieda fl-investiment u fil-ħolqien tax-xogħol. Biżżejjed inħarsu lejn ir-riformi li wettaqna fis-settur marittimu. |
| Filwaqt li | r-riċessjoni f’pajjiżi oħra fissret telf ta’ eluf ta’ impjiegi f’ħafna portijiet, f’Malta kellna żieda fl-investiment. Il-privatizzazzjoni tal-Freeport sitt snin ilu wasslet għal żieda ta’ 200 post tax-xogħol ġdid, investiment ta’ €120 miljun li se jiżdied b’€95 miljun oħra fis-snin li ġejjin. Ir-riforma fil-portijiet li saret fl-2007 biex tirrifletti l-ħtiġijiet ta’ pajjiżna fetħet opportunitajiet ġodda ta’ investiment u ta’ xogħol. |
| Permezz ta’ din | ir-riforma l-Valletta Gateway Terminal ukoll żdiedet l-investiment u l-ħaddiema magħha b’aktar minn 20%. Ir-riformi li wettaqna aktar riċenti fis-settur marittimu u li jinkludi l-privatizzazzjoni tal-yacht marinas u tat-tarznari jikkumplimentaw ir-riformi l-oħra biex ikomplu jsaħħu dan is-settur tant importanti għal pajjiżna filwaqt li joħolqu aktar xogħol produttiv u investiment. |
| Bis-sehem li tat il-Malta | Dockers Union kien possibbli li jiżdied l-investiment f’pajjiżna biex jiġi konsolidat ix-xogħol tal-ħaddiema liċenzjati tax-xatt u biex it-terminals tagħna jibqgħu kompetittivi u joffru s-servizz mitlub mis-sidien tal-vapuri. Bis-saħħa ta’ din ir-riforma rajna l-Malta Dockers Union issir strument importanti fit-tkabbir u fil-kompetittività ta’ dan is-settur. Mhux biss inħoloq aktar xogħol għall-ħaddiema imma din l-Union qiegħda tinvesti fit-taħriġ tal-ħaddiema. Flimkien mal-MCAST qed tinvesti fil-kapaċitajiet tal-ħaddiema Maltin li jkomplu jagħmlu l-portijiet tagħna qasam importanti għall-ekonomija Maltija. Mijiet ta’ ħaddiema attendew u qed jattendu għal dawn il-korsijiet li fetħulhom opportunità li jaħdmu bħala Tug Master Drivers fuq it-terminals tal-Port Ħieles. |
Sinjuri,
| Il-baħar huwa parti | mill-identità tagħna l-Maltin u tal-ekonomija Maltija. Tul is-snin il-baħar għaqqadna mal-bqija tad-dinja u jibqa’ ħolqa importanti fil-kummerċ globali. Il-Gvern jemmen fil-potenzjal li dan is-settur jista’ jkompli joffri lil pajjiżna. Irriduh li jkompli joffri opportunitajiet ta’ investiment u ta’ ħolqien tax-xogħol. Il-viżjoni tal-Gvern għal dan is-settur hu li s-settur privat ikompli jkun xprun importanti b’investiment f’oqsma differenti u l-Gvern joħloq ambjent li jkattar dan l-investiment. |
| Is-settur marittimu | huwa parti mill-istorja ta’ pajjiżna. Settur li kiber u żviluppa skont iċ-ċirkustanzi u l-ħtiġijiet preżenti u futuri ta’ pajjiżna. Settur li ġie riformat u intom il-ħaddiema għaraftu l-opportunitajiet li jeżistu fir-riformi importanti. |
| Is-suċċess ta’ | pajjiżna jiddependi fuq il-kuraġġ tagħna li ngħarfu l-bżonn li nbiddlu fejn ikun meħtieġ. It-tibdil mhux biss jagħmel l-ekonomija aktar flessibbli imma joħloq aktar xogħol u aktar investiment. |
| Ninnota wkoll | il-parteċipazzjoni attiva tal-Union tagħkom fl-isfera internazzjonali bħala membri tal-International Dockworkers Council. Din isservi lill-Union biex tkun aġġornata ma’ dak li qed jiġri f’portijiet oħra. |
| Filwaqt li | nirringrazzjakom tal-kontribut tagħkom tul is-snin nixtiqilkom aktar ħidma u suċċessi għall-benefiċċju ta’ pajjiżna u tal-ħaddiema. |
Grazzi.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003