L-GOZO GRAND SPRINT TIĠI FI TMIEMHA B’SUĊĊESS
pr2171
22/11/2010
| Ċifri ppubblikati | mill-Gozo Channel jikkonfermaw li l-attività kattret it-turiżmu intern |
| Avveniment sportiv li | ġie mtella’ għall-ewwel darba ġewwa Għawdex intemm b’suċċess wara li l-attivitajiet marbuta miegħu kienu ilhom għaddejjin bejn is-Sibt u l-Ħadd li għaddew. |
| Il-Gozo Grand Sprint | 2010 ġie organizzat mill-Kunsill Malti għall-Isport flimkien mal-Malta Motorsport Federation (MMF) bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex u s-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport. |
| Permezz ta’ | parteċipazzjoni ta’ 83 sewwieq flimkien mas-support teams tagħhom dan l-avveniment ġibed ukoll l-attenzjoni ta’ għadd kbir ta’ dilettanti tal-karozzi li ħafna minnhom qasmu l-fliegu u ngħaqdu ma’ bosta Għawdxin biex isegwu l-avveniment. Bosta mis-sewwieqa kienu Maltin iżda kien hemm ukoll interess minn xi sewwieqa Għawdxin kif ukoll minn Skoċċiż, residenti f’Għawdex li kien ukoll sewwieq tal-karozzi f’rallies ġewwa l-Iskozja. Dan l-avveniment ġie wkoll reklamat fi Sqallija bir-riżultat li ġibed il-parteċipazzjoni ta’ Alessandro Modica u Alessio Cascone li huma żewġ stillel ġodda fil-qasam tad-drifting fl-Italja. L-avveniment kien segwit mill-media Sqallija. |
| L-Onor. Giovanna | Debono, Ministru għal Għawdex, fissret kif il-Ministeru għal Għawdex ikkollabora mal-organizzaturi flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport u l-Kunsill Malti għall-Isport bil-għan li dan l-avveniment iservi wkoll ta’ attrazzjoni għas-suq domestiku biex aktar Maltin jagħżlu li jqattgħu ljieli f’Għawdex matul x-xhur li huma kkunsidrati bħala aktar kwieti għas-settur turistiku. |
| Ċifri li ngħataw | mill-kumpanija Gozo Channel urew li matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet l-vapuri tal-kumpanija ġarrew aktar minn 32,500 passiġġier u aktar minn 10,000 vettura. Dan ifisser żieda ta’ aktar minn 4,500 passiġġier u 1,500 vettura fuq ċifri reġistrati fl-istess ġranet fl-2009 jew żieda ta’ 16 u 17 fil-mija rispettivament. Il-Ministru Debono flimkien mas-Segretarju Parlamentari Clyde Puli wrew sodisfazzjon għal dan ir-riżultat. |
| Il-Ministru Debono | saħqet li l-Ministeru għal Għawdex isostni attivitajiet li għandhom potenzjal li jattiraw kemm Maltin kif ukoll barranin lejn Għawdex biex kemm jista’ jkun tiġi megħluba l-isfida tal-istaġjonalità għas-settur turistiku Għawdxi. Is-Segretarju Parlamentari tenna li aktar attivitajiet sportivi ser ikunu organizzati f’Għawdex fil-ġimgħat li ġejjin u fost oħrajn semma’ l-organizzazzjoni tal-World Grand Masters tat-Table Football li ser jinżammu fi tmiem il-ġimgħa li ġej. Hu qal li dan qed ikun possibbli grazzi għall-assistenza finanzjarja li l-Kunsill Malti għall-Isport qed jagħti lill-għaqdiet sportivi biex jorganizzaw attivitajiet sportivi f’Għawdex li jiġġeneraw turiżmu intern. |
| Il-President tal-MMF | is-Sur Tonio Cini wera sodisfazzjon għal mod kif imxiet l-organizzazzjoni tat-tlielaq u rringrazzja lill-entitajiet governattivi, Kunsilli Lokali u kull min b’xi mod jew ieħor għen biex dan l-ewwel avveniment tax-xorta tiegħu jkun suċċess. |
| L-avveniment | f’Għawdex ġie fi tmiemu tard il-Ħadd wara nofsinhar meta l-Onor. Giovanna Debono ppreżentat trofej lir-rebbieħa. Ir-rebbieħ over-all fil-kategorija tal-vetturi klassiċi kien Martin Spiteri b’Austin Healey filwaqt li Zachary Zammit ta’ 23 sena rebaħ il-kategorija tal-vetturi moderni b’karozza single seater. Ġew mogħtija wkoll trofej lir-rebbieħa f’kull klassi kif ukoll lil dawk is-sewwieqa li pparteċipaw f’kompetizzjoni tat-tlielaq tal-karozzi għall-ewwel darba. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003