Left arrow Go Back

L-GOZO GRAND SPRINT TIĠI FI TMIEMHA B’SUĊĊESS

pr2171
Date Icon 22/11/2010
Ċifri ppubblikatimill-Gozo Channel jikkonfermaw li l-attività kattret it-turiżmu intern
Avveniment sportiv liġie mtella’ għall-ewwel darba ġewwa Għawdex intemm b’suċċess wara li l-attivitajiet marbuta miegħu kienu ilhom għaddejjin bejn is-Sibt u l-Ħadd li għaddew.
Il-Gozo Grand Sprint2010 ġie organizzat mill-Kunsill Malti għall-Isport flimkien mal-Malta Motorsport Federation (MMF) bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex u s-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport.
Permezz ta’parteċipazzjoni ta’ 83 sewwieq flimkien mas-support teams tagħhom dan l-avveniment ġibed ukoll l-attenzjoni ta’ għadd kbir ta’ dilettanti tal-karozzi li ħafna minnhom qasmu l-fliegu u ngħaqdu ma’ bosta Għawdxin biex isegwu l-avveniment. Bosta mis-sewwieqa kienu Maltin iżda kien hemm ukoll interess minn xi sewwieqa Għawdxin kif ukoll minn Skoċċiż, residenti f’Għawdex li kien ukoll sewwieq tal-karozzi f’rallies ġewwa l-Iskozja. Dan l-avveniment ġie wkoll reklamat fi Sqallija bir-riżultat li ġibed il-parteċipazzjoni ta’ Alessandro Modica u Alessio Cascone li huma żewġ stillel ġodda fil-qasam tad-drifting fl-Italja. L-avveniment kien segwit mill-media Sqallija.
L-Onor. GiovannaDebono, Ministru għal Għawdex, fissret kif il-Ministeru għal Għawdex ikkollabora mal-organizzaturi flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport u l-Kunsill Malti għall-Isport bil-għan li dan l-avveniment iservi wkoll ta’ attrazzjoni għas-suq domestiku biex aktar Maltin jagħżlu li jqattgħu ljieli f’Għawdex matul x-xhur li huma kkunsidrati bħala aktar kwieti għas-settur turistiku.
Ċifri li ngħatawmill-kumpanija Gozo Channel urew li matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet l-vapuri tal-kumpanija ġarrew aktar minn 32,500 passiġġier u aktar minn 10,000 vettura. Dan ifisser żieda ta’ aktar minn 4,500 passiġġier u 1,500 vettura fuq ċifri reġistrati fl-istess ġranet fl-2009 jew żieda ta’ 16 u 17 fil-mija rispettivament. Il-Ministru Debono flimkien mas-Segretarju Parlamentari Clyde Puli wrew sodisfazzjon għal dan ir-riżultat.
Il-Ministru Debonosaħqet li l-Ministeru għal Għawdex isostni attivitajiet li għandhom potenzjal li jattiraw kemm Maltin kif ukoll barranin lejn Għawdex biex kemm jista’ jkun tiġi megħluba l-isfida tal-istaġjonalità għas-settur turistiku Għawdxi. Is-Segretarju Parlamentari tenna li aktar attivitajiet sportivi ser ikunu organizzati f’Għawdex fil-ġimgħat li ġejjin u fost oħrajn semma’ l-organizzazzjoni tal-World Grand Masters tat-Table Football li ser jinżammu fi tmiem il-ġimgħa li ġej. Hu qal li dan qed ikun possibbli grazzi għall-assistenza finanzjarja li l-Kunsill Malti għall-Isport qed jagħti lill-għaqdiet sportivi biex jorganizzaw attivitajiet sportivi f’Għawdex li jiġġeneraw turiżmu intern.
Il-President tal-MMFis-Sur Tonio Cini wera sodisfazzjon għal mod kif imxiet l-organizzazzjoni tat-tlielaq u rringrazzja lill-entitajiet governattivi, Kunsilli Lokali u kull min b’xi mod jew ieħor għen biex dan l-ewwel avveniment tax-xorta tiegħu jkun suċċess.
L-avvenimentf’Għawdex ġie fi tmiemu tard il-Ħadd wara nofsinhar meta l-Onor. Giovanna Debono ppreżentat trofej lir-rebbieħa. Ir-rebbieħ over-all fil-kategorija tal-vetturi klassiċi kien Martin Spiteri b’Austin Healey filwaqt li Zachary Zammit ta’ 23 sena rebaħ il-kategorija tal-vetturi moderni b’karozza single seater. Ġew mogħtija wkoll trofej lir-rebbieħa f’kull klassi kif ukoll lil dawk is-sewwieqa li pparteċipaw f’kompetizzjoni tat-tlielaq tal-karozzi għall-ewwel darba.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow