SWIEQ LI JAĦDMU AĦJAR: INSAĦĦU L-FIDUĊJA BEJN IL-KONSUMATURI U N-NEGOZJI
| Ippreżentat l-Abbozz | ta’ Liġi għat-twaqqif tal-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur. |
| Il-Gvern illum | ippreżenta l-Abbozz ta’ Liġi li permezz tiegħu se titwaqqaf l-Awtorità Maltija għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur. Dwar dan l-Abbozz ta’ Liġi, li se jitressaq għall-ewwel qari fil-Parlament aktar tard illejla, saret konsultazzjoni wiesgħa bi preżentazzjoni lill-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, u b’numru ta’ laqgħat individwali ma’ korpi kostitwiti, imsieħba soċjali, u mal-Għaqda tal-Konsumatur. Dan il-proċess ta’ konsultazzjoni ilu għaddej minn Lulju. |
| Il-preżentazzjoni | tal-Abbozz ta’ Liġi saret waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Konsumatur u Kompetizzjoni Ġusta Chris Said, li fisser it-tfassil tiegħu bħala t-twettiq ta’ wegħda elettorali oħra. |
| Chris Said qal li l-għan | aħħari tal-Awtorità l-ġdida hu li s-swieq f’Malta jaħdmu aħjar fl-interess tal-konsumatur u tas-sidien tan-negozji. “Permezz ta’ din il-liġi irridu nsaħħu s-sinergija bejn il-protezzjoni tal-kompetizzjoni u l-promozzjoni ta’ prattiċi tan-negozju tajbin, u l-interessi tal-konsumatur.” |
| Is-Segretarju | Parlamentari esprima t-twemmin tal-Gvern li “l-konsumatur Malti għandu dritt ikun infurmat tajjeb b’tali mod li jħossu komdu meta jiġi biex jagħmel l-għażliet tiegħu. F’pajjiżna jrid ikollna sitwazzjoni fejn il-konsumaturi u s-sidien tan-negozji jkollhom fiduċja akbar f’xulxin u fl-Awtorità l-ġdida li se tkun hemm biex tappoġġjahom it-tnejn.”. |
| Kif joħroġ mid-diskors | tal-Budget 2011, l-Awtorità Maltija dwar il-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur se jkollha ħames miri ewlenin: |
| (a) | li tippromwovi u ssaħħaħ il-Politika tal-Kompetizzjoni; |
| (b) | li tippromwovi u ssaħħaħ il-Politika tal-Konsumatur; |
| (ċ) | li taġixxi bħala l-korp nazzjonali dwar l-istandards u tipprovdi servizzi relatati mal-għemil tal-istandards; |
| (d) | li tipprepara u timplimenta l-istrateġija nazzjonali tal-Metroloġija; |
| (e) | u li tiżgura li t-trasposizzjoni u l-adozzjoni ta’ regolamenti tekniċi ssir mingħajr xkiel. |
| It-twaqqif ta’ din l-Awtorità se jfisser | l-amalgamazzjoni ta’ tliet entitajiet li sal-lum kienu jikkontribwixxu b’mod indipendenti għall-ħarsien tal-konsumatur. Dawn huma d-Dipartiment tal-Konsumatur u l-Kompetizzjoni, l-Awtorità Maltija għall-Istandards u l-Laboratorju Nazzjonali. L-Awtorità l-ġdida se tutilizza r-riżorsi kollha, inklużi umani, ta’ dawn it-tliet entitajiet. Għaldaqstant mhux se tkun tinħtieġ żieda fl-ispiża rikorrenti tal-Gvern. |
| L-Awtorità ser tkun presjeduta minn Bord ta’ | Gvernaturi li se jkun responsabbli mill-formulazzjoni tal-politika tal-Awtorità. Il-Bord irid jiggarantixxi l-indipendenza tal-erba’ entitajiet fi ħdan l-Awtorità li huma: |
| (i) l-Uffiċċju | ghall-Kompetizzjoni – Dan se jkollu l-għan li jħares kontra prattiċi restrittivi u anti-kompetittivi fis-suq bejn operaturi differenti, li jħares kontra l-abbuż ta’ dominanza u jikkontrolla konċentrazzjonijiet, u li jassigura li l-kompetizzjoni tiġi kkunsidrata fit-tfassil ta’ leġislazzjoni, policies u prattiċi amministrattivi fis-Settur Pubbliku. |
| (ii) l-Uffiċċju | għall-Affarijiet tal-Konsumatur – Dan ser jiffoka fuq medjazzjoni bejn il-konsumatur u n-negozjant, fuq informazzjoni u edukazzjoni, fuq trasparenza fil-prezzijiet, fuq il-promozzjoni ta’ prattiċi tan-negozju tajbin, fuq infurzar pubbliku kontra prattiċi ta’ negozju mhux ġusti u klawsoli mhux ġusti f’kuntratti, u se jassigura li jiġu mħarsa l-interessi tal-konsumatur fit-tfassil ta’ leġislazzjoni, f’policies u fi prattiċi amministrattivi fis-Settur Pubbliku. |
| (iii) id-Diviżjoni dwar | ir-Regolamenti Tekniċi – Din ser tiffoka fuq armonizzazzjoni teknika, analiżi ta’ konformita’, moviment ħieles ta’ prodotti, u sorveljanza tas-suq. Se tassigura li fis-suq jitpoġġew prodotti sikuri biss, u se tissorvelja l-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni dwar is-Servizzi. |
| (iv) l-Istitut | dwar l-Istandards u Metroloġija – Dan se jieħu ħsieb it-tfassil ta’ standards, il-kwalità u l-kejl, iċ-ċertifikazzjoni, il-metroloġija industrijali, l-infurzar tal-Metroloġija Legali u l-immanniġġjar u l-operazzjonijiet tal-Laboratorju Nazzjonali. |
| Dawn l-erba’ entitajiet | se jkollhom rwoli u funzjonijiet partikolari. Kull waħda mill-entitajiet ser ikollha s-setgħa ta’ deċiżjoni separata u distinta mill-Bord tal-Awtorità u mill-entitajiet l-oħra. Kull entità se titmexxa minn Direttur Ġenerali filwaqt li se jkun hemm numru ta’ direttorati bi rwoli speċifiċi. |
| Bidliet importanti | oħra |
1. Il-Kunsill għall-Affarijiet tal-Konsumatur u t-Tribunal tal-Konsumatur se jibqgħu jiffunzjonaw kif inhuma. Madanakollu se jkunu rduppjati l-ammonti ta’ danni morali li t-Tribunal se jkun jista’ jagħti.
2. It-Tribunal tal-Appell dwar il-Kompetizzjoni u l-Konsumatur se jieħu post il-Bord tal-Appelli għall-Konsumatur u l-Kummissjoni għall-Kummerċ Ġust. Għaldaqstant Tribunal wieħed se jieħu post tnejn bil-vantaġġ li tkun żgurata veduta ħolistika tas-suq.
3. Se jissaħħu l-garanziji proċedurali fil-Liġi dwar il-Kompetizzjoni.
· Se jkun kjarifikat kif ser jiġu trattati l-ilmenti.
· Qabel tingħata deċiżjoni finali mid-Direttur Ġenerali, l-intrapriżi kkonċernati se jkollhom id-dritt li jsemmgħu leħinhom u jqajmu oġġezzjonijiet.
· Se jingħata d-dritt sħiħ tal-appell mid-deċiżjonijiet tad-Direttur Ġenerali quddiem it-Tribunal tal-Appell dwar il-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur.
· Mid-deċiżjonijiet ta’ dan tal-aħħar ser ikun hemm dritt ta’ appell fuq punt ta’ liġi.
4. Se jissaħħaħ l-effett ta’ deterrent fil-liġi.
· Id-Direttur Generali, f’kull każ li jkollu quddiemu, jista’ jagħti deċiżjoni finali u jimponi multi amministrattivi.
· F’każijiet urġenti, id-Direttur Ġenerali se jkollu s-saħħa li joħroġ miżuri proviżorji sakemm tittieħed deċiżjoni finali.
· Ser insaħħu wkoll il-possibilità li dawk li jsofru danni minħabba ksur tal-liġi jistgħu jagħmlu kawża għad-danni bis-saħħa ta’ artikolu apposta għal dan il-għan fil-liġi.
· Se jiddaħħal il-kunċett ta’ ilment li jolqot l-interess generali – entitajiet kwalifikati jistgħu jagħmlu ilment dwar aspett ta’ suq partikolari li jkun qed jagħmel ħsara lill-interessi tal-konsumatur. Id-Direttur Ġenerali se jkun obbligat li jagħti risposta dwar x’azzjoni jkun bi ħsiebu jieħu fi żmien definit bil-liġi.
5. Se jitħaffu l-proċeduri li għandhom iwasslu biex id-deċiżjonijiet jittieħdu b’aktar effiċjenza.
6. Intrapriżi li jammettu l-involviment tagħhom f’cartels se jkollhom il-possibilità li jgawdu minn tnaqqis fil-pieni.
7. Id-Direttur Ġenerali se jkun jista’ joħroġ ittri gwida fuq kwistjonijiet jew sitwazzjonijiet ġodda li jkunu għadhom qatt ma ġew deċiżi.
8. Fir-rigward tal-Liġi dwar l-Affarijiet tal-Konsumatur:
· Bil-ħsieb li jkunu inkoraġġati prattici tan-negozju tajbin, id-Direttur Ġenerali se jkollu l-poter li japprova kodiċi ta’ mġieba u jipprovdi għall-użu simbolu uffiċjali maħsub biex juri li l-kodiċi ta’ imġieba huwa approvat mid-Direttur Ġenerali;
· Twessgħu il-poteri tal-Uffiċċju tal-Konsumatur bit-tir li dan jilħaq l-għan tiegħu bħala għassies tal-interessi tal-konsumatur. Fost l-oħrajn iddaħħlet il-possibilità li l-Uffiċċju jistudja swieq jew attivitajiet kummerċjali partikolari u li jirrakkomanda rimedji fejn dawn ma jkunux qed jiffunzjonaw fl-aħjar interess tal-konsumatur.
· Anki f’dan il-każ se jkun possibbli li entità kwalifikata tressaq ilment ta’ interess ġenerali.
Is-Segretarju Parlamentari Chris Said ħabbar ukoll li se jibda’ l-proċess biex titfassal liġi ad hoc dwar class actions.
Kopja tal-Abbozz ta’ Liġi tista’ titniżżel mis-sit elettroniku www.opm.gov.mt/konsumatur. Suġġerimenti jistgħu jintbagħtu b’email fuq konsumatur.opm@gov.mt.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003