IX-XOGĦOL HUWA PRIJORITÀ ASSOLUTA FL-AĠENDA POLITIKA TAL-GVERN MALTI – CLYDE PULI WAQT IL-LAQGĦA TAL-MINISTRI TAX-XOGĦOL TAL-UNJONI TAL-MEDITERRAN
Ix-xogħol u l-impjegabilità huma prijorità assoluta fl-aġenda politika tal-Gvern Malti. Hekk sostna l-Onor. Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u l-Isport meta dalgħodu ndirizza t-Tieni laqgħa tal-Ministri tax-Xogħol tal-pajjiżi tal-Unjoni tal-Mediterran.
L-Onor. Puli żied li fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja internazzjonali, il-Gvernijiet Ewropej inkluż il-Gvern Malti qed jagħmlu aktar enfasi fuq ix-xogħol u l-impjegabiltà sabiex jipprovdu aktar opportunitajiet lin-nies. Biex dan iseħħ, kompla jgħid is-Segretarju Parlamentari, hemm bżonn li jkun hemm aktar koperazzjoni bejn oqsma differenti tal-politika fosthom l-edukazzjoni, it-tagħlim tul il-ħajja, it-taħriġ u l-aċċess għall-informazzjoni, li għandhom ikunu prijoritajiet orizzontali.
| Is-Segretarju Parlamentari żied li peress li | l-pajjiżi tal-Unjoni tal-Mediterran iħaddnu similaritajiet kulturali u soċjali, jagħmluha aktar faċli biex dawn il-pajjiżi jikkoperaw flimkien f’dawn is-sitwazzjonijiet ġodda. |
| Huwa | għalhekk li t-titjib fil-livell tal-għixien, it-tisħiħ ta’ prospetti tax-xogħol u l-parteċipazzjoni akbar fid-dinja tax-xogħol għandhom ikunu l-fulkru tad-deċiżjonijiet tagħna, sostna l-Onor. Puli. |
| Malta hi | kommessa li tinvesti aktar fl-ekonomija, fl-edukazzjoni u fit-taħriġ sabiex tippromwovi xogħol ta’ valur miżjud għoli li jinvolvi aktar ħiliet u kompetenzi. Biex nagħmlu hekk, kompla s-Segretarju Parlamentari, jeħtieġ li jiġi stimulat it-tkabbir permezz tal-kompetizzjoni, l-innovazzjoni u s-sostennibilità fiskali flimkien ma’ ħaddiema aktar imħarrġa u flessibbli. |
| Il-Gvern | Malti qed jinvesti fit-taħriġ tal-ħaddiema tiegħu u hawnhekk is-Segretarju Parlamentari spjega kif Malta esperjenzat tkabbir fil-life long learning u programmi ta’ taħriġ għall-adulti. Dan seħħ billi kien hemm enfasi fuq programmi ta’ taħriġ u impjegabbilta’ kif ukoll ġew introdotti skemi u miżuri fiskali li jindirizzaw l-isfidi li huma preżenti l-aktar fil-pajjiżi Mediterranji fosthom l-inattività fl-impjieg tan-nisa u anzjani. |
L-Onor. Puli spjega kif il-Gvern qed joffri numru ta’ programmi sabiex tikber il-flessibiltà fost il-ħaddiema. Hawnhekk hu ta’ eżempju bil-programmi tal-Fond Soċjali Ewropew u sostna li dan għandu jintuża bħala għodda mill-pajjiżi Ewro Mediterranji kollha.
L-Onor. Puli kkonkluda li l-Gvern Malti jemmen li b’aktar xogħol u b’xogħol aħjar mhux biss titnaqqas id-dipendenza tan-nies minn fuq is-sistema tal-protezzjoni soċjali iżda bil-kontribuzzjoni tal-ħaddiema tiżgura s-sostenibbilità tas-sistemi soċjali preżenti.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003