BETHLEHEM F’GĦAJNSIELEM DIN IS-SENA TOFFRI ESPERJENZI UNIĊI U ORIĠINALI
pr2164
22/11/2010
| It-thejjijiet | għall-attivita’ Bethlehem f’Għajnsielem, proġett ta’ presepju animat minn 150 attur li se jkun qed jittella’ għat-tielet sena konsekuttiva mill-Kunsill Lokali, jinsabu fl-aqwa tagħhom. |
| Din is-sena l-Kunsill | Lokali daħal fi ftehim mal-lukanda Grand Hotel biex flimkien se joffru esperjenza unika li permezz tagħha r-residenti tal-lukanda jkunu jistgħu iqattgħu lejl fi kmamar imħejjija apposta bil-veduta tal-presepju u b’hekk ikunu jistgħu jesperjenzaw il-lejl maġiku tal-Milied. |
| Id-dettalji ngħataw | waqt żjara li s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali Chris Said għamel fl-inħawi magħrufa bħala Ta’ Passi fejn bħalissa qed isir il-bini tal-presepju. Hu intlaqa’ mis-Sindku tal-lokalita’ Francis Cauchi. |
| L-attivita’ qed tkun | finanzjata mill-Kunsill Lokali bl-għajnuna tal-Iskema għal Attivitajiet Kulturali offruta mis-Segretarjat Parlamentari għall-Konsumatur, Kompetizzjoni Ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika. |
| Chris Said faħħar | attivitajiet u inizjattivi bħal Bethlehem f’Għajnsielem għaliex jgħinu biex jattiraw aktar viżitaturi Maltin u anki turisti barranin lejn Għawdex fix-xhur tax-Xitwa. Permezz ta’ Bethlehem f’Għajnsielem, din il-lokalita’ Għawdxija diġa’ saret sinonima ma’ attivita’ tal-ogħla livell u unika li ssir fi żmien il-Milied u li tattira eluf ta’ viżitaturi. |
| Mill-4 ta’ Diċembru | ‘l quddiem, 150 attur se jkunu qed janimaw presepju ħaj armat biswit il-pjazza ewlenija ta’ Għajnsielem. Familji se jkunu qed jirriproduċu u jgħixu b’mod realistiku l-ħajja ta’ elfejn sena ilu. Id-djar li għadhom qed jinbnew se jkunu qed iservu bħala r-residenzi ta’ dawn il-familji ta’ atturi. Il-presepju hu mifrux fuq medda ta’ 20,000 metru kwadru fl-egħlieqi |
| Fil-jiem tal-Milied | se jkun hemm re-enactments tal-wasla ta’ Ġużeppi u Marija f’Bethlehem kif ukoll taż-żjara li r-Re Maġi għamlu fl-għar ta’Bethlehem. Qrib il-Forti Chambray, tefa’ ta’ ġebla ‘l bogħod minn Ta’ Passi, inbnew għall-ewwel darba kwartieri għas-suldati Rumani. |
| Sa Ottubru 2008 Ta’ | Passi kienu inħawi mitluqa. Il-Kunsill Lokali u r-residenti organizzaw irwieħhom biex jirranġaw iż-żona. Fost l-oħrajn ittieħdu inizjattivi ambjentali u tħawlu numru ta’ siġar indiġeni. Fil-bini tal-presepju qed jintuża materjal riċiklabbli. |
| Fix-xhur li għaddew | kienet stabbilita wkoll il-Fondazzjoni Bethlehem f’Għajnsielem biex tieħu ħsieb l-organizzazzjoni ta’ din l-attivita’. Bethlehem f’Għajnsielem se jkun miftuħ kull Sibt u Ħadd kif ukoll fil-Festi Pubbliċi matul Diċembru kollu u fl-ewwel jumejn ta’ Jannar. Id-dħul hu b’xejn. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003