Left arrow Mur Lura

stqarrija tal-ministeru tal-finanzi, l-ekonomija u investiment - l-oppożizzjoni kienet qablet li l-laqgħat jibdew il-Ġimgħa.

pr2163
Date Icon 21/11/2010
Minkejja li l-Kap tal-OppożizzjoniJoseph Muscat qal li l-Oppozizzjoni qed tkun responsabbli f’dak li tgħid dwar l-AirMalta, fid-diskors tiegћu dalgћodu gћażel li jkun partiġġjan u ma ddejjaqx juża diskors li jista’ jagћmel ћsara lill-linja nazzjonali tal-ajru nazzjonali.
Joseph Muscat prova jagћti l-impressjonili l-Isteering Committee li waqqaf il-Gvern fil-jiem li gћaddew, qed jitlef xi żmien milli jiltaqa’.  Il-Ministeru jistenna li l-Kap tal-Oppożizzjoni jitkellem b’mod responsabbli, kif wiegħed li qal li se jagħmel u jivverifika l-fatti sew.
Il-Ministru tal-Finanzi l-Ekonomija uInvestiment Tonio Fenech ħabbar it-twaqqif ta' dan il-Kumitat nhar it-Tnejn fil-Parlament wara li kien ikkonfermat li l-Kummissjoni Ewropea aċċettat it-talba tal-Gvern li jislef lill-Air Malta 52miljun ewro biex ikun jista' jassigura li din tkompli topera sakemm jitfassal il-pjan ta' ristrutturar.
Dak inhar stess, il-Ministru kiteblill-Oppożizzjoni u lill-Unions biex jinnominaw ir-rappreżentant tagħhom fuq dan il-Bord u ngħataw ċans biex jagħmlu dan sal-Ġimgħa (19 ta' Novembru) li għadda. L-ewwel laqgħa għandha ssir nhar il-Ġimgħa (26 ta' Novembru) li ġej,  proprju għaliex il-ftehim, li qablet miegħu l-Oppożizzjoni wkoll, hu li l-laqgħat jibdew isiru l-Ġimgha biex jitnaqqsu l-problemi relatati mas-safar.
Il-Ministru Tonio Fenech dehrlu ligħall-ewwel laqgħa, u idealment għal kull laqgħa ta’ dan il-kumitat, kulħadd għandu jkun preżenti.  Għalhekk l-attakk li prova jagħmel il-Kap tal-Oppożizzjoni hu inġust u irresponsabbli.
Barra minn hekk, il-ћidmatat-tfassil tal-pjan ta’ ristrutturar baqgћat gћaddejja f’dawn il-jiem.
Il-Gvern jerġa’ jġedded l-appelltiegћu gћal responsabbiltà u maturità fid-dibatittu dwar l-Air Malta.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow