stqarrija tal-ministeru tal-finanzi, l-ekonomija u investiment - l-oppożizzjoni kienet qablet li l-laqgħat jibdew il-Ġimgħa.
pr2163
21/11/2010
| Minkejja li l-Kap tal-Oppożizzjoni | Joseph Muscat qal li l-Oppozizzjoni qed tkun responsabbli f’dak li tgħid dwar l-AirMalta, fid-diskors tiegћu dalgћodu gћażel li jkun partiġġjan u ma ddejjaqx juża diskors li jista’ jagћmel ћsara lill-linja nazzjonali tal-ajru nazzjonali. |
| Joseph Muscat prova jagћti l-impressjoni | li l-Isteering Committee li waqqaf il-Gvern fil-jiem li gћaddew, qed jitlef xi żmien milli jiltaqa’. Il-Ministeru jistenna li l-Kap tal-Oppożizzjoni jitkellem b’mod responsabbli, kif wiegħed li qal li se jagħmel u jivverifika l-fatti sew. |
| Il-Ministru tal-Finanzi l-Ekonomija u | Investiment Tonio Fenech ħabbar it-twaqqif ta' dan il-Kumitat nhar it-Tnejn fil-Parlament wara li kien ikkonfermat li l-Kummissjoni Ewropea aċċettat it-talba tal-Gvern li jislef lill-Air Malta 52miljun ewro biex ikun jista' jassigura li din tkompli topera sakemm jitfassal il-pjan ta' ristrutturar. |
| Dak inhar stess, il-Ministru kiteb | lill-Oppożizzjoni u lill-Unions biex jinnominaw ir-rappreżentant tagħhom fuq dan il-Bord u ngħataw ċans biex jagħmlu dan sal-Ġimgħa (19 ta' Novembru) li għadda. L-ewwel laqgħa għandha ssir nhar il-Ġimgħa (26 ta' Novembru) li ġej, proprju għaliex il-ftehim, li qablet miegħu l-Oppożizzjoni wkoll, hu li l-laqgħat jibdew isiru l-Ġimgha biex jitnaqqsu l-problemi relatati mas-safar. |
| Il-Ministru Tonio Fenech dehrlu li | għall-ewwel laqgħa, u idealment għal kull laqgħa ta’ dan il-kumitat, kulħadd għandu jkun preżenti. Għalhekk l-attakk li prova jagħmel il-Kap tal-Oppożizzjoni hu inġust u irresponsabbli. |
| Barra minn hekk, il-ћidma | tat-tfassil tal-pjan ta’ ristrutturar baqgћat gћaddejja f’dawn il-jiem. |
| Il-Gvern jerġa’ jġedded l-appell | tiegћu gћal responsabbiltà u maturità fid-dibatittu dwar l-Air Malta. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003