Left arrow Go Back

stqarrija mill-ministeru għal għawdex

pr2162
Date Icon 21/11/2010

Proġetti f’Għawdex għal ġid tal-Għawdxin u l-ekonomija nazzjonali

Il-proġetti li saru u li għaddejjinf’Għawdex ixejnu l-kritika li għamel dal-għodu l-Kap tal-Oppożizzjoni.  F’Għawdex, f’din il-leġiżlatura, saru skemi ta’ taħriġ u ta’ xogħol biex aktar Għawdxin jidħlu f’impjieg.  Dawn l-iskemi kienu strumentali biex għenu kemm lill-ħaddiema kif ukoll  lil min iħaddem. Is-sena li għaddiet infetaħ l-Istitut għall-Istudji Turistici li qed joffri opportunitajiet ġodda liż-żgħażagħ, infetah Ċentru Santa Marta għall-persuni b’diżabilita, infetaħ Ċentru għal ġbir ta’ skart goff, saru toroq arterjali ġodda u ħmistax oħra se tiġi inawgurata l-iskola sekondarja ġdida tas-subien f’Victoria Għawdex.
Mis-sena d-dieħla, id-drenagg kolluse jibda jiġi trattat qabel jintefa l-baħar u dan bis-saħħa tal-proġett tal-Impjant tat-Tisfija tad-Drenaġġ.
Il-Ministeru wettaq ħidma intensivabi preparazzjoni għal proġetti li qed jitwettqu jew li ser ikunu jitwettqu fix-xhur li ġejjin.  Bdew xogħlijiet strutturali fuq it-toroq Ta’ Pinu u tax-Xlendi li minkejja l-kritika nfondata għaddejjin b’ritmu mgħaġġel u ser ikomplu jagħtu lil Għawdex aktar minn żewġ kilometri u nofs ta’ toroq arterjali ta’ standards għoljin wara li saret parti kbira mit-triq tal-Imġarr u dik li mir-Rabat tagħti għal San Lawrenz. Beda xogħol fuq it-triq tad-Dwejra u ser jibdew xogħlijiet f’toroq oħra residenzjali kif ukoll it-tkomplija ta’ triq l-Imġarr mix-Xewkija għar-Rabat. Għaddej ix-xogħol fuq il-ġonna Villa Rundle u twettqet ħidma ntensiva biex fi ftit ġimgħat oħra tkun tista’ tiġi inawgurata taqsima ġdida tar-radjoloġija ġewwa l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex. F’dawn il-jiem beda jiġi ttestjat l-apparat ġdid li ser ikun qed jagħti servizz mill-aqwa lill-pazjenti f’dan l-isptar f’Għawdex filwaqt li jkompli jżid s-servizzi li jingħataw f’Għawdex stess biex b’hekk anqas pazjenti Għawdxin ikollhom il-bżonn li jmorru għal dawn is-servizzi f’Malta.
Beda programm ta’ tindif fil-widien ulqugħ tal-ilma li żied il-ħażna tal-ilma tax-xita b’aktar minn 18,500 metru kubu, pjan ta’ afforestazzjoni li ser jara 7000 siġra jitħawlu f’ħames ġonna ġodda, studju biex l-ilma trattat fl-impjant tat-trattament tad-drenaġġ jibda jintuża fil-qasam agrikolu Għawdxi, ħidma biex aktar pannelli fotovoltaiċi jiġu nstallati fuq bjut ta’ bini publiku madwar Għawdex, ħidma biex l-farm tal-Gvern jinbidel f’ċentru ta’ riċerka u żvilupp agrikolu, korsijiet biex jiġi mtejba l-ħiliet tar-riżors uman f’Għawdex, korsijiet biex jiġu ntrodotti prattiċi għll-użu aħjar tal-pestiċidi u l-immaniġġjar tal-iskart.
Qed isiru applikazzjonijiet biexinkomplu bi proġetti ambizzjużi bħalma huma l-bini ta’ pixxina indoor flimkien ma’ faċilitajiet sportivi oħra biex inkomplu nagħtu lill- poplu Għawdxi dak li jistħoqlu filwaqt li nsaħħu dejjem aktar il-potenzjal ta’ Għawdex f’niċeċ turistiċi. Dan anke billi issa nibdew inwettqu r-rakkomandazzjonijiet li joħorġ mill-masterplan li sar dwar iċ-Ċittadella flimkien ma’ xogħol f’siti storiċi oħra bħalma hi l-Ġgantija u postijiet oħra bħalma hi ż-Żewwieqa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow