Diskors mill-Onor. Chris Said, Segretarju Parlamentari għall-Konsumaturi, Kompetizzjoni ġusta, Kunsilli Lokali u Konsultazzjoni Pubblika fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru waqt il-Laqgħa tal-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali – Attard
Sur President
Sindki
Għeżież Kunsilliera.
| L-2010 | kienet sena partikolari għall-Kunsilli Lokali. Kienet sena bi sfidi importanti li bil-ħidma tagħna – tagħkom ilkoll – irnexxielna negħlbuhom. |
| Matul | is-sena li għaddiet ġie implimentat it-tiġdid tal-Kunsilli Lokali. |
| Wara | proċess ta’ konsultazzjoni wiesgħa, il-Parlament qabel unanimament mal-emendi għall-Att tal-Kunsilli Lokali kif imressqa mill-Gvern. |
| Fix-xhur | li għaddew saret ħidma sfieqa biex dak li qbilna dwaru jitwettaq. |
| Il-maġġoranza | tal-Kunsilli Lokali xammru l-kmiem u żiedu l-ħidma tagħhom biex lir-residenti jagħtuhom l-aqwa servizz. |
| Iż-żieda fir-responsabbiltajiet tal-Kunsilli Lokali, | riżultat tat-tiġdid li għaddew minnu tul is-sena li għaddiet, ġabet magħha l-ħtieġa ta’ aktar riżorsi inkluż riżorsi finanzjarji. |
| Wara | dak li tħabbar fil-Budget għall-2011, fl-ewwel tliet snin u nofs ta’ din il-leġiżlatura, il-Kunsilli Lokali se jkunu ngħataw qrib il-mitt miljun ewro bejniethom. |
| Dawn | il-flus jinkludu |
· l-allokazzjoni finanzjarja annwali ;
· u l-flus li jingħataw permezz ta’ fondi speċjali biex iwettqu proġetti.
| Fis-sentejn li għaddew ġew introdotti diversi fondi | speċjali u ħarġu diversi skemi biex permezz tagħhom Kunsilli Lokali jkunu megħjuna jwettqu proġetti importanti li mhux neċessarjament jistgħu jagħmlu bl-allokazzjoni finanzjarja diretta. |
| Dawn | l-iskemi, li minnhom inħarġu 23, ammontaw għal total ta’ 6.2 miljun ewro. |
| Dawn | il-fondi speċjali jingħataw lill-Kunsilli Lokali wara sejħa għall-applikazzjonijiet għal inizjattivi u proġetti immirati biex jintlaħaq l-għan ta’ lokalitajiet sostenibbli bl-aħjar servizz għar-residenti. |
| Permezz tagħhom ittieħdu qrib il-550 proġett jew | inizjattiva differenti. |
| Dawn | kienu jinkludu |
· l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet kulturali;
· ir-restawr ta’ postijiet storiċi;
· it-tisbiħ taċ-ċentri urbani u xogħlijiet f’zoni rurali;
· żieda fl-aċċessibilita’ ta’ postijiet pubbliċi;
· investiment akbar f’enerġija alternattiva;
· it-tisbiħ tal-ambjent fil-lokalitajiet tagħna;
· l-organizzazzjni ta’ korsijiet ta’ tagħlim tul il-ħajja;
· għajnuna biex il-libreriji lokali jixtru aktar kotba ġodda;
· għajnuna biex ikunu organizzati aktar attivitajiet sportivi biex inħeġġu parteċipazzjoni usa’ li twassal għal stil ta’ ħajja aħjar.
| Dan il-Gvern | wera bil-fatti li jemmen fil-Kunsilli Lokali u fil-ġid li dawn qed jagħmlu fil-komunitajiet li jirrappreżentaw. |
| Qed | inwegħdu li matul is-sena li ġejja se nkomplu nwieżnu lill-Kunsilli Lokali. |
| Se | nkunu qed inħeġġu lill-Kunsilli Lokali jkunu aktar kreattivi u se nkomplu nagħtuhom aktar għodda biex ikomplu jwettqu l-ġid fil-lokalitajiet tagħhom. |
| L-għan aħħari jibqa’ dak li l-lokalitajiet tagħna | jkomplu jiksbu livelli dejjem ogħla ta’ sostenibbilita’ |
| Hu | f’dan il-kuntest li matul is-sena li ġejja se nkomplu bil-politika tagħna li noħorġu aktar skemi ta’ finanzjament speċjali biex ikunu l-Kunsilli Lokali nfushom li, wara li jidentifikaw il-ħtiġijiet tagħhom, ikunu jistgħu jwettqu dak li hemm bżonn. |
| L-2010 rat ukoll it-twessiegħ tal-prinċipju | tas-sussidjarjeta’ hekk kif 16-il komunita’ eleġġew il-Kumitat Amministrattivi tagħhom. |
| Bil-mod il-mod dawn il-kumitati qed isibu saqajhom u | bil-mod il-mod bdew joħorġu bl-ideat ta’ xi proġetti jistgħu jwettqu. |
| Anki | lilhom se nagħtuhom l-għodda meħtieġa biex ikunu jistgħu jaħdmu b’mod effiċjenti. |
| Fl-ewwel ftit xhur tal-ħidma tagħhom, apparti | l-allokazzjoni finanzjarja diretta biex ikunu jistgħu jwettqu x-xogħlijiet ta’ rutina, inħarġet skema ta’ terz ta’ miljun ewro biex il-Kumitati jkunu jistgħu jwettqu proġett tal-għażla tagħhom. |
| Mautl | il-ġimgħa li għaddiet ħabbarna liema proġetti u liema Kumitati Amministrattivi se jkunu qed jirċievu l-fondi minn din l-iskema. |
| Is-sena d-dieħla se nkomplu ngħinu direttament | lill-Kumitati Amministrattivi biex huma wkoll jesegwixxu aktar inizjattivi u proġetti. |
| Fix-xhur li gejjin nixtieq nara aktar koperazzjoni u | sinergija bejn il-Kunsilli Lokali u l-Kumitati Amministrattivi. Mhux qed ngħid li l-Kunsilli Lokali u l-Kumitati Amministrattivi mhux qed jaħdmu flimkien. Xejn minn dan. |
| Ħafna | mill-Kunsilli u l-Kumitati diġa sabu modi kif jikkollaboraw u jgħinu lil xulxin. |
| Hekk | għandu jkun kullimkien. Il-Kumitati mhux qeghdin hemm biex ifixklu lill-Kunsilli. Qegħdin hemm biex jghinuhom jaqdu dmirijiethom aħjar. |
| Xtaqt | nitkellem ukoll dwar il-ħidma li qed issir biex intejbu l-qafas ta’ toroq residenzjali f’pajjiżna. Fl-2010, għall-ewwel darba, ħaddimna l-kunċett tal-Public Private Partnership fuq it-toroq. |
| Din | l-iskema qed titħaddem b’mod parallel ma’ proġett pilota fi tliet lokalitajiet. |
| Sar | ukoll ring-fencing ta’ miljuni ta’ ewro oħra mill-allokazzjoni finanzjarja tal-Kunsilli Lokali li bihom jistgħu jsiru xogħlijiet fit-toroq biss. |
| Dan | kollu wassal biex bħalissa qed isiru xogħlijiet f’aktar minn 450 triq f’49 belt u raħal b’investiment komplessiv ta’ €14-il miljun. |
| Minn | dawn it-toroq se jkunu qed igawdu eluf ta’ familji Maltin u Għawdxin li jgħixu fihom jew għandhom in-negozji tagħhom fihom. |
| F’90 | minn dawn it-toroq ix-xogħol tlesta. Fi 28 triq oħra ix-xogħol jinsab għaddej bħalissa. |
| F’124 | triq, l-offerti ġew aġġudikati. Fil-każ ta’ 89 triq, it-tender jinsab fil-fażi ta’ aġġudikazzjoni. |
| Għal 24 | triq oħra inħarġet is-sejħa għall-offerti u din għadha miftuħa. |
| Wara | s-suċċess li kellna din is-sena bil-Public Private Partnership fit-toroq, il-Gvern iddeċieda li jkompli jsaħħaħ din l-iskema. |
| Fix-xhur | li ġejjin se nżidu l-ħidma tagħna biex nassiguraw li aktar Kunsilli Lokali jibbenefikaw minn din l-iskema. |
| Irridu | naraw aktar Kunsilli Lokali jiġu ’l quddiem bil-listi ta’ toroq li jridu jsiru mill-ġdid. |
| B’hekk | se nkunu qed nassiguraw li nkomplu ntejbu l-qafas ta’ toroq residenzjali fil-lokalitajiet tagħna |
| Fil-bidu tad-diskors tiegħi semmejt kif l-2010 | kienet sena partikolari, mimlija sfidi, għall-Kunsilli Lokali. |
| Minbarra l-isfidi tal-ħidma, żdiedet ukoll l-isfida | maħluqa min-numru ta’ individwi li ma mxewx kif rikjest minnhom bħala persuni li jokkupaw karigi pubbliċi, u għaldaqstant spiċċaw biex tappnu l-image tal-Kunsillieri u tal-Kunsilli Lokali. |
B’xorti ħażina, mal-ħażin dejjem jeħel it-tajjeb.
| Kemm | smajna xorti matul is-sajf li għadda! Kemm qrajna dwar x’għamel dak u x’għamel l-ieħor! |
| Jien | ma nlumx lill-gazzetti u lill-media li kitbu dak kollu li kitbu għax min għamel ħażin, jekk għamel ħażin, għandu jwieġeb ta’ għemilu. |
| Madanakollu żommu f’moħħkom ħaġa waħda. Dawk li | ssemmew għax setgħu għamlu xi ħaġa ħażina kienu l-ftit. F’Malta għandha 68 Kunsill Lokali, 16-il Kumitat Amministrattiv u qrib il-500 Kunsillier jew membru f’Kumitat. |
| Dawk | li għamlu, jew setgħu għamlu l-ħażin, huma l-ftit. |
| Jien | kburi bil-ħidma tal-maġġoranza tagħkom. Kburi bikom għax taħdmu bla ma tistennew xejn lura. Kburi bikom għax taħdmu għall-ġid tal-lokalitajiet tagħkom. Kburi bikom għax qed tagħmlu d-differenza fil-ħajja tan-nies li tirrappreżentaw. |
| Inwegħdkom l-appoġġ tal-Gvern u tas-Segretarjat | Parlamentari tiegħi biex flimkien, inkomplu naħdmu sabiex inkomplu intejbu l-lokalitajiet tagħna. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003