Left arrow Mur Lura

It-Tfal kollha għandhom dritt għal Tfulija fl-Imħabba

pr2156
Date Icon 20/11/2010
Fl-okkażżjoni tal-Jum Dinji tat-Tfal, il-Ministrutal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja issellem lit-tfal kollha ta’ Malta u Għawdex filwaqt li tagħraf id-dritt tagħhom għal tfulija sħiħa u sabiħa fejn ikollhom ċans jilgħabu u jedukaw ruħhom u jsibu l-wens, l-imħabba u l-appoġġ kollu li jkollhom bżonn.
Minkejjadak kollu li sar u għadu qed isir fil-qasam tat-tfal, wieħed jirrikonoxxi li għad hawn numru ta’ tfal li qed jgħixu f’sitwazzjonijiet diffiċli.  Lejn dawn it-tfal – li huma l-aktar vulnerabbli -  għandna d-dmir li nkomplu naħdmu biex kemm jista’ jkun noħorġuhom minn dawn is-sitwazzjonijiet u tkun assigurata lilhom tfulija normali u sabiħa.
It-tfalgħandhom dritt għal edukazzjoni li tgħinhom jiżviluppaw il-personalita’ u l-ħiliet tagħhom u għalhekk qed issir ħidma biex tkompli tissaħħaħ is-sistema edukattiva biex ikun assigurat li t-tfal kollha jakkwistaw il-ħiliet bażiċi li jgħinuhom jimxu ‘l quddiem fil-ħajja.
Fl-okkażżjoni tal-Jum Dinji tat-Tfal, il-Ministerutal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja itenni l-impenn tiegħu li jibqa’ jaħdem bla heda biex jassigura li t-tfal kollha Maltin u Għawdxin, ikomplu jgawdu d-drittijiet sħaħ tagħhom li jassigurawlhom tfulija sana u ferrieħa li tgħinhom biex ikomplu mexjin ‘l quddiem fil-ħajja u jkollhom suċċess u sodisfazzjoni li jixirqilhom.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow