Jingħata bidu għal Gozo Grand Sprint 2010
pr2155
20/11/2010
| Dalgħodu | ngħata bidu għal Gozo Grand Sprint 2010 li huwa l-ewwel avveniment tax-xorta tiegħu li qed jiġi organizzat f’Għawdex. Dan l-avveniment qed jiġi organizzat mill-Malta Motorsport Federation (MMF) flimkien mal-Kunsill Malti għall-Isport bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għal Għawdex, is-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport, l-Island Car Club u l-Valletta Grand Prix Foundation. |
| Minbarra | l-valur bħala attrazzjoni sportiva unika fil-gżira ta’ Għawdex l-organizzazzjoni ta’ dan l-avveniment hija wkoll inizjattiva favur iż-żieda fit-turiżmu intern lejn Għawdex speċjalment fix-xhur relattivament kwieti tas-sena. Dan l-avveniment ġibed parteċipazzjoni ta’ 77 sewwieq flimkien mas-support teams tagħhom kif ukoll għadd kbir ta’ dilettanti tal-karozzi kemm minn Għawdex kif ukoll minn Malta. Bosta mis-sewwieqa huma Maltin iżda kien hemm ukoll interess minn xi sewwieqa Għawdxin u minn Skoċċiż li hu residenti f’Għawdex u kien ukoll sewwieq tal-karozzi f’rallies ġewwa l-Iskozja. Dan l-avveniment ġie wkoll reklamat fi Sqallija bir-riżultat li ġibed il-parteċipazzjoni ta’ Alessandro Modica u Alessio Cascone li huma żewġ stilel ġodda fil-qasam tad-drifting fl-Italja. |
| Attrazzjoni unika matul dan l-avveniment sportiv | hija l-preżenza ta’ mistieden eċċezzjonali li huwa wkoll personalità magħrufa sew fil-qasam sportiv internazzjonali. Minbarra li rebaħ ir-rally Pariġi-Dakar erba’ darbiet, il-Fillandiż Ari Vatanen kien ukoll champion tad-dinja tar-rally 1981 u l-1997 u ngħata l-Gregory Grant Award għas-suċċess li kiseb fil-karriera tiegħu fix-xena tal-isport tal-karozzi. Huwa ħadem ukoll fl-isfera politika permezz ta’ karigi fil-Parlament Ewropew f’diversi oqsma li jinkludu l-affarijiet barranin, trasport u turiżmu kif ukoll l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali u reġjonali. |
| Ġie | mistieden ukoll ġurnalist Taljan li ser ikun qed isegwi dan l-avveniment f’Għawdex kemm permezz ta’ kitba f’ġurnali kif ukoll permezz ta’ filming għal stazzjon televiżiv ġewwa Sqallija. |
| Is-Sibt | filgħodu ġiet imtellgħa konferenza tal-aħbarijiet qabel ma ngħata bidu għall-avveniment li qed jittella’ bejn illum u għada. L-Onor Giovanna Debono, fissret kif il-Ministeru għal Għawdex qiegħed isostni dan l-avveniment għax jemmen li għandu potenzjal li jattira turisti mis-suq domestiku fi żmien li hu meqjus bħala wieħed relattivament kwiet għal dan is-settur. Spjegat ukoll li dan kien possibbli permezz ta’ għajnuna mis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport kif ukoll mill-Kunsill Malti għall-Isport li kienu strumentali biex il-Malta Motorsport Federation setgħet tikkoordina dan l-avveniment uniku. Il-Ministru Giovanna Debono żiedet tgħid li din hija inizjattiva oħra li minbarra li tirreklama lill-Għawdex fis-suq domestiku hija wkoll okkażjoni fejn Għawdex qed jiġi espost f’niċeċ partikolari barra minn Malta. Il-preżenza ta’ sewwieqa u ġurnalist minn Sqallija jagħtu valur miżjud lill-investiment li qed isir biex tiġi mtellgħa l-Gozo Grand Sprint 2010. Hija spjegat kif it-tisħiħ infrastrutturali f’Għawdex fl-oqsma kollha qed isaħħaħ il-potenzjal ta’ Għawdex bħala attrazzjoni turistika f’diversi niċeċ inkluż dik tal-isport. |
| Is-sur | Tonio Cini President tal-MMF ta’ merħba lill-mistieden ċelebri Ari Vatanen kif ukoll lis-sewwieqa kollha inkluż dawk barranin. Huwa rringrazzja lill-entitajiet Governattivi kollha li kkollaboraw biex tkun tista’ tiġi mtellgħa l-Gozo Grand Sprint 2010 flimkien mal-Pulizija, it-taqsima tal-Protezzjoni Ċivili u s-servizzi tas-saħħa u s-sigurtà ġewwa Għawdex. Semma’ b’mod speċjali l-koperazzjoni tal-Island Car Club (ICC) u l-Valletta Grand Prix Foundation li kienu strumentali biex jiġbdu l-parteċipazzjoni tal-membri tagħhom. Is-Sur Cini rringrazzja wkoll lir-residenti u s-sidien ta’ stabilimenti kummerċjali fiż-żona taċ-ċirkwit li kkollaboraw mal-organizzaturi biex setgħu jwettqu l-idea li ilhom jippromwovu għal dawn l-aħħar erba’ xhur. Huwa żvela sorpriża li ngħatat lil Ari Vatanen meta stiednu biex jiftaħ it-tlielaq billi jsuq karozza ġentilment mislufa minn wieħed mill-membri tal-ICC. |
| Waqt | il-konferenza tkellmu wkoll Ari Vatanen u s-sur Bernard Vassallo mill-Kunsill Malti għall-Isport. |
| Il-programm ta’ llum baqa’ għaddej sal-ħamsa ta’ | wara nofsinhar u għada mistenni jibda fid-9.00 ta’ filgħodu u jintemm mhux aktar tard mill-5.00 ta’ wara nofsinhar. |
| Għal din | l-okkażjoni l-Assoċjazzjoni tat-Turiżmu għal Għawdex ħabbret li wħud mill-istabilimenti li joffru servizzi ta’ akkomodazzjoni f’Għawdex u li huma membri tagħha, offrew rati speċjali għal dawk il-Maltin u turisti li qattgħu ljieli f’Għawdex bejn il-Ġimgħa u l-Ħadd. Il-Kunsilli Lokali ta’ l-inħawi u t-taqsima ta’ Transport Malta f’Għawdex ikkollaboraw mal-Pulizija biex jiġu kkreati devjazzjonijiet tat-traffiku filwaqt li tiġi assigurata sigurtà fil-ħinijiet tat-tlielaq. |
| Minbarra | li ser ikun l-ewwel avveniment tax-xorta tiegħu f’pajjiżna, il-Gozo Grand Sprint 2010 għandu potenzjal li jiġi segwit minn avvenimenti simili fil-futur. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003