Il-Kantanti Irene Grandi u Mario Biondi jissostitwixxu lil Pino Daniele fil-Kuncert tal-Milied
pr2154
20/11/2010
| Żewġ kantanti ġodda | ġew miżjuda mal-lista ta' artisti internazzjonali li ser jipparteċipaw fil-Concerto di Natale li se jittella’ f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi s-Sibt 4 ta' Diċembru. Il-kunċert imbagħad ser jixxandar fuq l-istazzjon Televiżiv Taljan RAIDUE f’Lejlet il-Milied. |
| Irene Grandi, | il-kantanta magħrufa l-aktar għall-ġeneru Rock, kif ukoll il-kantant tal-ġeneru Jazz Mario Biondi, li huwa ispirat mill-mużika Afrikana-Amerikana, se jkunu qed jissostitwixxu lill-kantant Pino Daniele. Il-Produtturi tal-Kunċert, PrimeTime Promotions, ikkonfermaw li l-kantant Pino Daniele ma jistax jattendi minħabba raġunijiet lil hinn mill-kontroll tiegħu. |
| Artisti oħra | fil-kunċert jinkludu lil Gigi D'Alessio, Antonella Ruggiero, ir-rock band Skunk Anansie flimkien mal-kantanta ċelebri tagħhom Skin, Emma Marrone - ir-rebbieħa tal-aħħar edizzjoni tal-programme popolari Amici; Al Jarreau, ir-rebbieħ ta’ diversi Grammy Awards, il-kantanta Noa, is-Sopran Maria Abela, Cesaria Evora, Lighea, Max Gazze`, Les Pretres - grupp ġdid ta' saċerdoti kantanti minn Franza li bħalissa jinsabu fost l-aqwa 50 fix-xena mużikali, id-duo Musica Nuda; u n-New York State Gospel Choir. |
| Il-Maestro rinomat | Renato Serio se jkun qed jmexxi l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali f'dan kunċert grandjuż li se jara wkoll il-parteċipazzjoni tal-Kor Malti VOICES, kif ukoll ta’ kor ta’ tfal li ġie ffurmat apposta taħt id-direzzjoni tas-Soprano Gillian Zammit. Għar-raba' sena konsekuttiva, il-preżentatriċi magħrufa Mara Venier se tkun qed tospita dan l-ispettaklu. |
| Dan l-avveniment ra | l-bidu tiegħu fil-Vatikan fl-1993 fejn itella’ għal bosta drabi, u aktar tard ittella’ f’Monte Carlo, Verona u Catania. Din is-sena se jkun qed jasal f’Malta għall-ewwel darba. |
| Bħal ma saru | f’edizzjonijiet preċedenti, il-Kunċert tal-Milied din is-sena wkoll se jkun qed jagħti kontribut għall-karità. Il-kunċert qed jappoġġja l-kampanja ta' solidarjetà "ĦAITI CHIAMA" mmexxija mill-Fondazzjoni Don Bosco Worldwide, organizzazzjoni Salesjana impenjata biex ittella’ fondi għall-missjonijiet Salesjani madwar id-dinja. Din is-sena d-dħul mill-biljetti se jmur għar-rikostruzzjoni ta' skejjel Salesjani meqruda mit-terremot fil-Ħaiti. Se jingħataw ukoll donazzjonijiet mix-xiri tal-biljetti lid-Dar tal-Providenza f’Malta. |
Il-Biljetti għall-Kunċert tal-Milied jinxtraw minn Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, Valletta u jistgħu jiġu bbukjati online, permezz tal-email jew telefon:
W: www.mcc.gov.mt
E: bookings@mcc.com.mt
Tel: 25595750, 21246389.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003