Is-Segretarju Parlamentari Clyde Puli jindirizza l-Kunsill tal-MinIstri Ewropew taż-Żgħażagħ
Jeħtieġ li nkomplu nindirizzaw aktar minn qatt qabel il-bżonnijiet soċjali u ekonomiċi taż-żgħażagħ Ewropej. Dan qalu l-Onor. Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u l-Isport waqt laqgħa tal-Kunsill tal-Ministru taż-Żgħazagħ li saret fi Brussell.
Is-Segretarju Parlamentari qal li dan għandu jsir b’mod koordinat f’livell nazzjonali u f’livell Ewropew, permezz ta’ diversi inizjattivi fosthom programmi bħall-Youth on the Move li joffri opportunità ta’ mobilità għaż-żgħażagħ.
L-Onor. Clyde Puli tkellem ukoll dwar żoni urbani li jirripproduċu l-iżvantaġġi taż-żona fost iż-żgħażagħ tagħhom. F’dan il-kuntest hu tkellem dwar ir-rwol tal-edukazzjoni formali u non formali bħala elevatur soċjali. Huwa semma kif ir-riforma edukattiva f’Malta qed tipprovdi għal tim interdixxiplinarju, li f’żona meqjusa żvantaġġjata, mal-għalliema qed toffri, fost oħrajn, social worker u youth worker, li saħansitra jikkumplimentaw ix-xogħol li jibda fl-iskola wara l-ħin tal-iskola u l-vaganzi.
L-Onor. Clyde Puli semma wkoll il-proġett tal-Kunsilli Lokali taż-Żġħażagħ li fih valur miżjud għaliex huma ż-żgħażagħ stess li jiddiskutu, jidentifikaw u jiddeċiedu dwar il-problemi fil-komunità tagħhom. Huwa qal li l-Kunsilli Lokali taż-żgħazagħ, imwaqqfa bi sħab bejn it-taqsima żgħażagħ tal-Gvern u l-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ ikkontribwixxa biex jagħti liż-żgħażagħ ħiliet ġodda, sens ta’ idendità, appartenenza lejn il-komunità u sforz akbar lejn il-koeżjoni soċjali.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003