IL-MINISTERU TAS-SAĦĦA, L-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITÀ JIKKUNDANNA SERQA MIĊ-ĊIMITERJU TAL-ADDOLORATA
pr2151
19/11/2010
Il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita' jikkundanna bla riżervi serqa li saret bejn il-Ħamis 18 u l-Ġimgħa 19 ta’ Novembru 2010 fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata.
F’dan l-att kodard insteraq monument tas-SANDS (Stillborn and Neonatal Death Society - ritratti mehmużin), xogħol fil-bronż ta’ Anton Agius.
Fil-waqt li ġiet infurmata l-Pulizija li qed tagħmel l-investigazzjonijiet tagħha, il-Ministeru ser jaħtar ukoll bord ta’ inkjesta f’dan ir-rigward.
Kull min għandu xi tip ta’ informazzjoni huwa mitlub li jikkuntattja lill-Pulizija mill-aktar fis possibbli.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003