Tilqim tal-Influwenza
pr2147
19/11/2010
Id-Diviżjoni tas-Saħħa tavża li t-tilqima kontra l-Influwenza ser tibda tingħata b’xejn minn nhar it-Tnejn 22 ta’ Novembru 2010, lil kull min għandu ‘l fuq minn sitt xhur.
It-tilqim ser isir miċ-Ċentri tas-Saħħa kollha mill-10.00 ta’ filgħodu sas-6.00 ta’ filgħaxija. Fiċ-Ċentru ta’ B’Kara i-tilqim isir mill-10.00 ta’ filgħodu sas-1.00 ta’ wara nofs in-nhar.
Id-Diviżjoni tenfasizza li kulħadd għandu jitlaqqam kontra l-Influwenza staġjonali, speċjalment it-tfal, l-anzjani u min ibagħti minn kundizzjoni ta’ mard kroniku.
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003