Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR. JASON AZZOPARDI, SEGRATARJU PARLAMENTARI GĦAL NEGOZJI ŻGĦAR U ARTIJIET, FL-OKKAŻJONI TAL-WORKSHOP ORGANIZZAT MILL-MALTESE ITALIAN CHAMBER OF COMMERCE DWAR ‘MUTUAL GUARANTEE ASSOCIATIONS’ – VALLETTA – IL-ĠIMGĦA 19 TA’ NOVEMBRU 2010

pr2141
Date Icon 19/11/2010

Sinjuri,

Huwa ta’ sodisfazzjon għalija li nkun magħkom illum biex niftaħ dan il-workshop li l-Maltese Italian Chamber of Commerce qed jorganizza illum biex jixħet dawl fuq mekkaniżmu li jista’ joffri opportunitajiet ġodda lis-settur tal-SMEs u dak artiġġjanali f’pajjiżna.

Dan il-workshop għandu l-iskop li jiskopri toroq ġodda li l-impriżi ż-żgħar tagħna jistgħu jieħdu vantaġġ minnhom.  Li filwaqt li wieħed iżomm ċara f’moħħu ir-realta’, u l-partikolarita’ ta’ pajjiżna, nistħarrġu x’inhu jiġri madwarna, u nitgħallmu mill-esperjenzi ta’ sħabna f’pajjiżi oħrajn.

F’isem il-Gvern, nilqa’ dan l-eżerċizzju.  Kull strument li nistgħu nwaqqfu, kull kollaborazzjoni li nistgħu noħolqu, kull skema jew inċentiv li nistgħu nistabbilixxu li toħloq opportunita’ ta’ investiment  għall-intrapriża tagħna, tkompli tikkontribwixxi għall-klima li l-Gvern impenjat li joħloq.

Il-Gvern huwa impenjat li joħloq il-klima ideali li fiha jimirħu l-intrapriżi tagħna.  L-attenzjoni għall-intrapriża ta’ daqs micro, żgħira u medja toħroġ naturali hekk kif 97% tal-impriżi tagħna huma fil-fatt SMEs.

Permezz ta’ miżuri u inċentivi qed inwettqu politika li toħloq l-ambjent ideali għal dan is-settur. 

·           Wettaqna tnaqqis fir-rati tar-reġistrazzjoni għal uħud mis-setturi ta’ SMEs; 

·           Qed inħaddmu numru kbir ta’ skemi permezz tal-Malta Enterprise maħsuba biex jgħinu l-intrapriżi l-iżjed żgħar jikbru; 

·           Ħloqna l-iskema tal-Micro Invest li permezz tagħha negozji żgħar jieħdu rifużjoni tat-taxxa fuq kull ewro investiment li jagħmlu fin-negozju tagħhom; 

·           Ħloqna l-portal virtwali Trolleymania.com li qed jagħti l-opportunita’ lill-impriżi ż-żgħar ikunu online flimkien mal-players il-kbar tas-suq;

·           Qed inħaddmu €25 miljun f’fondi ERDF mill-Unjoni Ewropea li marru kollha għand negozji żgħar u medji għal proġetti innovattivi u ta’ tkabbir fl-operat tagħhom;

Dawn l-inizjattivi huma parti minn politika li trid tkompli tgħin lis-settur tan-negozji żgħar jikber.  Statistika tal-NSO turi li fl-2009, twaqqfu 4,666 negozju ġdid.  Biex wieħed jifhem ir-rata ta’ tkabbir li dan il-qasam kellu, tajjeb wieħed jagħti ħarsa lejn l-istatistika mifruxa fuq l-aħħar għaxar snin:  Bejn l-2001 u l-2009 kellna żieda ta’ 51% fin-numru ta’ negozji.  52% ta’ dawn kienu negozji micro.  Dan jixhed il-fiduċja tal-intraprenditur fl-ekonomija u għalhekk il-Gvern irid ikompli jinkoraġġixxi dan it-tip ta’ tkabbir – ma nistgħu qatt nistrieħu, u ngħidu biżżejjed.

Dan il-workshop tal-lum jixhed soċjeta’ sensittiva għar-realta ekonomika ta’ pajjiżna.  F’isem il-Gvern insellem l-impenn li qed jagħmel il-Maltese Italian Chamber of Commerce, u nawguralkom il-ħidma t-tajba għal dan il-workshop.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow