STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAT-TURIŻMU, L-AMBJENT U L-KULTURA
Talba għall-evalwazzjoni indipendenti tal-ipprocessar ta’ talbiet għal ġbid ta’ films f’inhawi sensittivi
Is-Segretarju Parlamentari l-Onor. Mario de Marco talab li jsir review indipendenti tal-proċess li jiġi użat meta jiġu kunsidrati applikazzjonijiet mill-MEPA biex jinġibdu films f’inħawi sensittivi. Barra minhekk qiegħed isir rapport mill-Awditur tal-MEPA u l-MEPA għaddiet l-informazzjoni kollha biex issir l-investigazzjoni. Dan kollu għandu jwassal biex jiġi eżaminat x’tibdil għandu jkun hemm meta jkunu qed jiġu kkunsidrati applikazzjonijiet bħal dawn.
Bħalma sar f’okkazjonijiet oħra meta jkunu qed isiru rapporti, l-Oppożizzjoni bl-istqarrija li ħarġet illum, qed tipprova tagħmel pressjoni fuq l-Awditur meta taf li dan qiegħed jistħarreġ dak li ġara.
L-Awtorità tal-Ambjent u l-Ippjanar – il-MEPA - qiegħda kontinwament tagħmel il-monitoraġġ tal-operazzjoni tat-tindif. Minn indikazzjoni preliminarji l-ekoloġija tal-post ma gietx affettwata minhabba l-fatt li l-post fejn tqiegħed r-ramel kien fil-fatt buffer zone fejn kien hemm blat biss u ma tikber l-ebda veġitazzjoni. L-Awtorita' tkun f’pożizzjoni pero’ li tagħmel evalutazzjoni sħiħa u dettaljata wara li l-operazzjoni ta’ tindif tiġi kompluta.
Jekk wieħed jaqra l-istqarrijiet u d-dikjarazzjoni tal-Onorevoli Brincat wieħed jista’ faċilment jaħseb li l-Mepa mhux biss hija responsabbli għall-ħruġ ta’ permessi, iżda li f’dan il-każ kienet hi l-Producer tal-Film u l-kuntrattur ingaġġat mill-istess Producer sabiex isiru l-preparazzjonijiet għall-iffilmjar.
L-Onorevoli Brincat għandu jiġi mfakkar li l-inċident kollu tad-Dwejra nħoloq għaliex il-Producers tal-Film u l-kuntrattur tiegħu, ma mxewx mal-kundizzjonijiet tal-permess li kien inħariġlu. Dan għaliex ma tawx avviż meħtieġ skont il-permess lill-Mepa li kien ser jitqiegħed ir-ramel; m’għamlux ir-ramel fuq impermeable material, u ma neħħewx ir-ramel, meta ordnati li jneħħuh, b’mod manwali kif suppost skont il-permessi. Fil-fatt il-Producers tal-Film ħarġu stqarrija pubblika fejn skużaw ruħhom ta’ dan kollu li ġara għaliex il-kuntrattur tiegħu ma mexiex skont il-permess u skuża ruħu ta’ dak kollu li ġara.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003