Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI  GĦAT-TURIŻMU, L-AMBJENT U L-KULTURA

pr2137
Date Icon 18/11/2010

Talba għall-evalwazzjoni indipendenti tal-ipprocessar ta’ talbiet għal ġbid ta’ films f’inhawi sensittivi

Is-Segretarju Parlamentari l-Onor. Mario de Marco talab li jsir review indipendenti tal-proċess li jiġi użat meta jiġu kunsidrati applikazzjonijiet mill-MEPA biex jinġibdu films f’inħawi sensittivi.  Barra minhekk qiegħed isir rapport mill-Awditur tal-MEPA u l-MEPA għaddiet l-informazzjoni kollha biex issir l-investigazzjoni.  Dan kollu għandu jwassal biex jiġi eżaminat x’tibdil għandu jkun hemm meta jkunu qed jiġu kkunsidrati applikazzjonijiet bħal dawn.

Bħalma sar f’okkazjonijiet oħra meta jkunu qed isiru rapporti, l-Oppożizzjoni bl-istqarrija li ħarġet illum, qed tipprova tagħmel pressjoni fuq l-Awditur meta taf li dan qiegħed jistħarreġ dak li ġara.

L-Awtorità tal-Ambjent u l-Ippjanar – il-MEPA - qiegħda kontinwament tagħmel il-monitoraġġ tal-operazzjoni tat-tindif. Minn indikazzjoni preliminarji l-ekoloġija tal-post ma gietx affettwata minhabba l-fatt li l-post fejn tqiegħed r-ramel kien fil-fatt buffer zone fejn kien hemm blat biss u ma tikber l-ebda veġitazzjoni. L-Awtorita' tkun f’pożizzjoni pero’ li tagħmel evalutazzjoni sħiħa u dettaljata wara li l-operazzjoni ta’ tindif tiġi kompluta.

Jekk wieħed jaqra l-istqarrijiet u d-dikjarazzjoni tal-Onorevoli Brincat wieħed jista’ faċilment jaħseb li l-Mepa mhux biss hija responsabbli għall-ħruġ ta’ permessi, iżda li f’dan il-każ kienet hi l-Producer tal-Film u l-kuntrattur ingaġġat mill-istess Producer sabiex isiru l-preparazzjonijiet għall-iffilmjar.

L-Onorevoli Brincat għandu jiġi mfakkar li l-inċident kollu tad-Dwejra nħoloq għaliex il-Producers tal-Film u l-kuntrattur tiegħu, ma mxewx mal-kundizzjonijiet tal-permess li kien inħariġlu. Dan għaliex ma tawx avviż meħtieġ skont il-permess lill-Mepa li kien ser jitqiegħed ir-ramel; m’għamlux ir-ramel fuq impermeable material, u ma neħħewx ir-ramel, meta ordnati li jneħħuh, b’mod manwali kif suppost skont il-permessi. Fil-fatt il-Producers tal-Film ħarġu stqarrija pubblika fejn skużaw ruħhom ta’  dan kollu li ġara għaliex il-kuntrattur tiegħu ma mexiex skont il-permess u skuża ruħu ta’ dak kollu li ġara.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow