INKLUZJONI SOCJALI PERMEZZ TAL-ISPORT
L-Onor Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport attenda għall-Kunsill Ewropew tal-Ministri tal-Isport fi Brussell.
Fl-intervent tiegħu l-Onorevoli Puli sostna li Malta temmen bis-sħiħ li l-isport għandu potenzjal kbir bħala għodda li tippromwovi l-inklużjoni soċjali. Huwa għalhekk li permezz tal-Kunsill Malti ghall-Isport, Malta qieghdha tippromwovi u torganizza attivitajiet u programmi li jiżguraw l-aċċess ugwali għat-taħrig fiżiku u l-isport għal kulħadd, irrispettivament mill-età, sess, abilità fiżika jew mentali u dawk f’żoni żvantaġġjati
Is-Segretarju Parlamentari qal li l-Gvern Malti ħadem u qiegħed ikompli jaħdem biex jiżviluppa programmi sportivi ta’ integrazzjoni soċjali għaliex il-Gvern jemmen li għal tfal bi problemi soċjali l-isport huwa wkoll mezz kif jintegraw soċjalment.
L-Onor Puli semma sezzjonijiet ta’ persuni li jeħtieġ li jkunu inklużi aktar fl-isport u li l-Gvern Malti qed jieħu miżuri apposta biex dan is-seħħ. Fost dawn il-gruppi hemm in-nisa, li l-Gvern permezz tal-Kunsill Malti għall-Isport waqqaf il-Girls on the Move biex jattira nisa lejn l-isport. Hu żied li l-Gvern ukoll permezz tal-KMS jgħin u jinċentiva sport għal persuni b’diżabilita’.
Din it-tip ta’ politika qed tħalli r-riżultati, sostna l-Onor. Puli li kkwota stħarriġ tal-Eurobarometer fejn jidher li l-persentaġġ ta’ bniet bejn 15 u 24 sena li jipprattikaw dixxiplina sportiva huwa ta’ 13%, li jfisser 5% ogħla mill-medja Ewropea,.
L-Onor Puli kkonkluda li l-isport iħejji l-persuni għall-ħajja soċjali tagħhom għaliex jagħtihom diversi ħiliet. Hu żied li l-Gvern hu konxju mill-fatt li l-edukazzjoni, inkluż dik sportiva, hija katalist biex jitnaqqas il-faqar, jiżdiedu l-impjiegi u tiġi eliminata l-esklużjoni soċjali.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003