Left arrow Go Back

INKLUZJONI SOCJALI PERMEZZ TAL-ISPORT

pr2135
Date Icon 18/11/2010

L-Onor Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport attenda għall-Kunsill Ewropew tal-Ministri tal-Isport fi Brussell.

Fl-intervent tiegħu l-Onorevoli Puli sostna li Malta temmen bis-sħiħ li l-isport għandu potenzjal kbir bħala għodda li tippromwovi l-inklużjoni soċjali. Huwa għalhekk li permezz tal-Kunsill Malti ghall-Isport, Malta qieghdha tippromwovi u torganizza attivitajiet u programmi li jiżguraw l-aċċess ugwali għat-taħrig fiżiku u l-isport għal kulħadd, irrispettivament mill-età, sess, abilità fiżika jew mentali u dawk f’żoni żvantaġġjati

Is-Segretarju Parlamentari qal li l-Gvern Malti ħadem u qiegħed ikompli jaħdem biex jiżviluppa programmi sportivi ta’ integrazzjoni soċjali għaliex il-Gvern jemmen li għal tfal bi problemi soċjali l-isport huwa wkoll mezz kif jintegraw soċjalment.

L-Onor Puli semma sezzjonijiet ta’ persuni li jeħtieġ li jkunu inklużi aktar fl-isport u li l-Gvern Malti qed jieħu miżuri apposta biex dan is-seħħ. Fost dawn il-gruppi hemm in-nisa, li l-Gvern permezz tal-Kunsill Malti għall-Isport waqqaf il-Girls on the Move biex jattira nisa lejn l-isport. Hu żied li l-Gvern ukoll permezz tal-KMS jgħin u jinċentiva sport għal persuni  b’diżabilita’.

Din it-tip ta’ politika qed tħalli r-riżultati, sostna l-Onor. Puli li kkwota stħarriġ tal-Eurobarometer fejn jidher li l-persentaġġ ta’ bniet bejn 15 u 24 sena li jipprattikaw dixxiplina sportiva huwa ta’ 13%, li jfisser 5% ogħla mill-medja Ewropea,.

L-Onor Puli kkonkluda li l-isport iħejji l-persuni għall-ħajja soċjali tagħhom għaliex jagħtihom diversi ħiliet. Hu żied li l-Gvern hu konxju mill-fatt li l-edukazzjoni, inkluż dik sportiva, hija katalist biex jitnaqqas il-faqar, jiżdiedu l-impjiegi u tiġi eliminata l-esklużjoni soċjali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow