STQARRIJA TAL-GVERN
L-Awditur Ġenerali jsostni li ma sabx korruzzjoni, jgħid li kieku sab kien imur għand il-Pulizija
L-Awditur Ġenerali fil-laqgħa tal-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi li saret il-bieraħ reġa ikkonferma li, minkejja l-allegazzjonijiet kollha li saru mill-Oppożizzjoni, ma rriżultalux li kien hemm korruzzjoni.
Bl-aktar mod kategoriku, hu qal li: “kieku sibna, konna mmorru dritt għand il-Kummissarju tal-Pulizija”.
L-Awditur Ġenerali qal li ma sabx korruzzjoni u ma sabx li kien hemm trading in influence. Hu qal, lill-Kumitat Permanenti dwar il-Kontijiet Pubbliċi, li anki kieku kien hemm trading in influence kien imur għand il-Pulizija.
F’investigazzjoni li kienet mifruxa fuq 11-il xahar la rriżultalu li kien hemm korruzzjoni u lanqas irriżultalu li kien hemm trading in influence. Għaldaqstant l-allegazzjonijiet tal-oppożizzjoni kienu infondati.
L-Awditur Ġenerali għall-mistoqsijiet li sarulu spejga li f’kull wieħed mill-10 stadji tal-għażla tat-tender għall-estensjoni tal-Power Station, irriżultalu li ma kienx hemm korruzzjoni. F’dawn l-10 stadji b’kollox kien hemm involuti 25 persuna u saru 3 rapporti differenti, kull wieħed approvat minn 3 kumitati differenti. F’kull stadju l-approvazzjoni kienet unanima. Mill-investigazzjoni tal-Awditur, jirriżulta li l-ebda persuna minn dawn ma’ kienet korrotta. Dan reġa stqarru l-Awditur Ġenerali waqt il-laqgħa tal-bieraħ.
Irriżulta wkoll li ħadd ma appella mid-deċiżjonijiet li ttieħdu minkejja li setgħu isiru appelli f’4 stadji differenti.
L-istqarrija tal-Partit Laburista maħruġa llum ma tirriflettix il-verita’ u hi sforz biex tirrepeti allegazzjonijiet infondati, wara li reġa ġie konfermat li l-Awditur Ġenerali ma sab l-ebda korruzzjoni.
Fl-istqarrija tiegħu, il-Partit Laburista jkompli jattakka l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna. Wara li prova joħloq sfiduċja fl-Awditur Ġenerali issa qiegħed jattakka lill-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati u jgħid li l-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi huwa “kkastrat”
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003