Left arrow Go Back

HANDBOOK LI JGĦIN LILL-INTRAPRIŻA MICRO

pr2124
Date Icon 17/11/2010

“Kull għajnuna lill-qasam tan-negozji żgħar tagħna, speċjalment dawk ta’ daqs micro hija milqugħa b’sodisfazzjon mill-Gvern għax tixhed soċjetà ċivili proattiva u li tagħraf l-eżiġenzi taż-żminijiet.”  Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet, Jason Azzopardi hekk kif illum ġie ippreżentat b’kopja ta’ pubblikazzjoni ġdida tal-Malta Employers Association (MEA) li tgħin lis-settur micro jirregola ruħu għar-realtajiet leġiżlattivi tal-lum.

Jason Azzopardi qal li f’dinja fejn is-swieq huma dejjem iżjed kompetittivi, kull għajnuna lill-operaturi micro tagħna, tingħaqad f’xibka ta’ sostenn għal dan is-settur ċentrali għall-ekonomija ta’ pajjiżna.

Is-Segretarju Parlamentari nnota li l-Gvern jagħti attenzjoni sħiħa ‘l dan il-qasam, għax tassew jemmen li jekk jimraħ hu, miegħu timraħ l-ekonomija.  Din l-attenzjoni, il-Gvern isostniha permezz ta’ għajnuna konkreta permezz ta’ skemi u inizjattivi li jħaddem permezz tal-aġenziji tiegħu, kif ukoll b’fondi tal-Unjoni Ewropea.

Jason Azzopardi faħħar din l-inizjattiva tal-MEA, għax tagħmilha iżjed faċli għal min iħaddem li jaqdi l-obbligi legali tiegħu, anke fid-dawl tal-fatt li Malta llum hija parti mill-Unjoni Ewropea, fatt li jpoġġi numru ta’ responsabbilitajiet fuq l-intrapriża micro tagħna.

Din il-pubblikazzjoni hija parti minn proġett li nediet l-MEA f’Mejju ta’ din is-sena u li huwa kofinanzjat mill-Fond Soċjali Ewropew (ESF).  F’din il-pubblikazzjoni min iħaddem isib informazzjoni dettaljata u varjata dwar ir-riżorsa umana, u l-leġiżlazzjoni ta’ employment.  Fiha ukoll informazzjoni oħra utli, bħal specimen contract of employment, skemi ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea u lokali li huma mmirati għall-microSMEs, kif ukoll issues ta’ health and safety.

Dan il-handbook se jitqassam lil madwar 6,000 intrapriża micro.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow