KUNDANNA GĦAL ATT VANDALU FIL-LIĊEO TAL-ĦAMRUN
pr2123
17/11/2010
Matul il-lejl li għadda xi persuni daħlu fil-bini tal-Iskola Sekondarja tas-Subien fi Triq Brighella l-Ħamrun li tagħmel parti mill-Kulleġġ San Ġorġ Preca u taw in-nar lil maħżen tal-kotba.
Min wettaq dan l-att vandalu daħal fl-iskola, kisser ħġieġa ta’ tieqa u daħal fil-maħżen u tah in-nar. Numru ta’ kotba li kien hemm fil-post inqerdu għal kollox.
Bin-nar induna ħaddiem tal-iskola li mill-ewwel sejjaħ lill-pumpiera tal-protezzjoni ċivili li waslu fil-post immedjatament u kkontrollaw in-nar. Issejħu wkoll il-pulizija li bdew jinvestigaw il-każ.
Il-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, jikkundanna bil-qawwa kollha dan l-att vandalu u jittama li inċidenti bħal dawn ma jirrepetux ruħhom.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003