IL-GVERNATUR ĠENERALI L-ĠDID KANADIŻ IFAĦĦAR IL-KURAĠĠ TAL-POPLU MALTI WAQT IT-TIENI GWERRA DINJIJA
pr2118
16/11/2010
Waqt Riċeviment ta’ Merħba, il-Gvernatur Ġenerali tal-Kanada, is-Sur David Johnston, faħħar mal-Kummissarju Għoli ta’ Malta fil-Kanada, l-E.T. Mark Miceli-Farruġia, “il-kuraġġ leġġendarju tal-poplu Malti u l-bravura tal-pilota tal-ajru Kanadiż, George ‘Buzz’ Beurling, fiż-żmien it-Tieni Gwerra Dinjija”.
Waqt iz-żjara tiegħu f’Ottawa, il-Kummissarju Għoli Malti, akkumpanjat mill-Konslu Onorarju ta’ Malta f’Ottawa, is-Sur Rupert Agius Pease, għamlu żjajjar ta’ kortesija lill-Onorevoli Noel Kinsella, Speaker tas-Senat, u lil Ms. Martine Moreau, Direttur għal Relazzjonijiet Kummerċjali mal-Ewropa fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Kanadiż.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003