STQARRIJA TAL-GVERN - L-Awditur Generali jerġa’ jikkonferma li ma kien hemm l-ebda korruzzjoni għall-estensjoni tal-Power Station
Waqt il-laqgħa tal-Kumitat Permanenti tal-Kontijiet Pubbliċi li saret illum rriżulta li l-Awditur Ġenerali:
• ma sab l-ebda evidenza li xi ħadd, hu min hu, ipprova jikkorrompi lil xi ħadd ieħor;
• ma sab l-ebda evidenza li xi ħadd, hu min hu, aċċetta li jiġi korrott;
• ma sab l-ebda evidenza li xi ħadd, hu min hu, ipprova juża influwenza indebita fuq ħaddieħor; u • ma sab l-ebda evidenza li xi ħadd, hu min hu, ġie influenzat indebitament fl-għażla tiegħu.
Illum l-Awditur Ġenerali deher quddiem il-Kumitat Parlamentari ghall-Kontijiet Pubbliċi fejn għal sensiela ta’ mistoqsijiet li saru, l-Awditur Ġenerali qal li fl-investigazzjoni li saret dwar l-estensjoni tal-Power Station ma rriżultalux li kien hemm korruzzjoni. L-Awditur Ġenerali qal li kieku kellu evidenza ta’ korruzzjoni kien imur għand il-Pulizija. L-Awditur Ġenerali qal li lanqas ma rrizultalu li kien hemm trading in influence. Hu zied li kieku kien hemm trading in influence kien imur għand il-Pulizija.
L-investigazzjoni li għamel l-Awditur Ġenerali dwar l-estensjoni tal-Power Station kienet mifruxa fuq 11-il xahar.
Waqt il-laqgħa ġie diskuss il-proċess kollu li sar biex ingħatat it-tender għall-estensjoni tal-Power Station lill-BWSC. B’kollox kien hemm 10 stadji differenti, b’kumitati u bordijiet li fihom kien hemm 25 persuna differenti. Saru 3 rapporti differenti, kull wieħed approvat minn 3 kumitat differenti. F’kull stadju differenti l-approvazzjoni kienet unanima. Għal kull stadju minn dawn l-10, l-Awditur Ġenerali qal li ma rriżultalux li kien hemm korruzzjoni.
Min tefa’ l-offerta għall-estensjoni setgħa appella f’4 stadji differenti, iżda ħadd ma appella mill-ebda deċiżjoni.
Tul il-laqgħa ġie stabbilit li l-Awditur Ġenerali fir-rapport tiegħu qal li fir-rapport uza l-kelma “hard” evidence of corruption biex issir differenza bejn dik li hi spekulazzjoni, duħħan u percezzjonijiet; u bejn evidenza ta’ korruzzjoni.
Dwar l-allegazzjoni tal-Oppożizzjoni li Joseph Mizzi iltaqa’ ma’ politiċi, l-Awditur Ġenerali fl-investigazzjoni tiegħu qal li ma rriżultalux li kien hemm xi laqgħat bejn politiċi u Joseph Mizzi. L-oppożizzjoni lanqas ma resqet prova li kien hemm laqgħat ma’ politiċi.
Dwar l-e mail li ntbagħtet minn Joseph Mizzi li fiha kiteb “we need to tap another source higher in the political hierarchy, Joseph Mizzi, quddiem l-Awditur Ġenerali, qal li kien kitibha fuq struzzjonijiet ta’ min kien jimpjegah - Joseph Rizzo. Min-naħa tiegħu Joseph Rizzo qal li Joseph Mizzi hu bluffer. Dan sar waqt li kienu konfrontati quddiem l-Awditur Ġenerali. L-e mail intbagħtet fl-10 ta’ Mejju 2005, li jfisser sena u nofs qabel ma beda l-proċess tat-tender għall-estensjoni tal-Power Station, u 4 snin qabel ma ingħatat l-offerta għall-estensjoni tal-Power Station.
Waqt il-laqgħa tal-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi irriżulta, minn dak li qal l-Awditur Ġenerali li:
• Ma nstabet ebda prova li waqt il-proċess tat-tender saret xi korrispondenza, email jew xi ħaġa simili li mqar tagħti ħjiel li xi ħadd ipprova jinfluenza lil ħaddieħor;
• Ma nstabet ebda prova ta’ “insider information” mal-Enemalta; u
• Ma nstabet ebda prova ta’ “insider information” mad-Dipartiment tal-Kuntratti.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003