PAJJIŻNA JEMMEN LI T-TFAL U Ż-ŻGĦAŻAGĦ GĦANDHOM IKUNU FIĊ-ĊENTRU TA’ KULL DEĊIŻJONI POLITIKA – CLYDE PULI
pr2115
16/11/2010
| L-Onor. Clyde Puli, | Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport attenda għal-laqgħa tal-Presidenza Ewropea dwar it-tfal intitolata “Europe de l’Enfance”. F’diskors li għamel is-Segretarju Parlamentari saħaq dwar is-sinerġiji li għandu jkun hemm bejn l-Ewropa u aġenda oħra internazzjonali dwar it-tfal, iż-żgħażagħ u d-drittijiet tat-tfal. |
| L-Onor. Puli stqarr | il-bżonn ta’ aktar riċerka f’dan il-qasam simili għal dak li qed isir fil-qasam taż-żgħażagħ. |
| Is-Segretarju Clyde | Puli żied li prijoritajiet li madwarhom qed tissawwar il-politika tat-tfal, li huma: il-parteċipazzjoni; il-vjolenza kontra t-tfal; il-faqar u l-esklużjoni soċjali u l-mira fuq tfal vulnerabbli huma kruċjali sabiex l-istati membri tal-UE jissalvagwardjaw id-drittijiet tat-tfal. |
| Hawnhekk is-Segretarju | Parlamenatri sostna li peress li hemm entajiet li jaqgħu kemm taħt it-tfal u l-adoloxxenti hemm bżonn ukoll aktar kollaborazzjoni kemm fil-livell politiku kif ukoll prattiku bejn il-politika tat-tfal u l-politika taż-żgħażagħ. |
| L-Onor. Puli sostna | li pajjiżna jemmen li t-tfal u ż-żgħażagħ għandhom ikunu fiċ-ċentru ta’ kull deċiżjoni politika. Hu żied li f’Malta dan jidher biċ-ċar fil-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ li ġiet pubblikata f’Marzu li għadda, u bħalissa qed isir xogħol ukoll fuq il-Politika Nazzjonali tat-Tfal li se tiġi ppublikata għall-konsultazzjoni fl-2011. |
| Malta temmen | fil-politika ta’ konsultazzjoni sostna l-Onor. Puli li ta eżempju bil-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ fejn iż-żgħażagħ kienu involuti b’mod dirett fit-tfassil tagħha. |
| Is-Segretarju | Parlamentari temm id-diskors tiegħu billi għamel referenza għas-sena Ewropea kontra l-Faqar u l-Esklużjoni Soċjali fejn sostna li l-miżuri li jridu jittieħdu għadhom ikunu deċiżjonijiet ħolisiċi li jindirizzaw il-koeżjoni soċjali u jipprovdu jew inaqqsu l-esklużjoni u r-riskju ta’ faqar ta’ tfal u żgħażagħ. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003