27 ATTIVITÀ MINN KUNSILLI LOKALI U KUMITATI AMMINISTRATTIVI BIEX JINĠABRU FONDI B’RISQ L-ISTRINA 2010
pr2114
16/11/2010
| Bejn nhar il-Ġimgħa | 19 u l-Ħadd 21 ta’ Novembru, numru sabiħ ta’ Kunsilli Lokali u Kumitati Amminisrattivi se jorganizzaw attivitajiet fil-lokalitajiet b’risq l-Istrina 2010. |
| B’kollox se jsiru 27 | attività differenti. Dawn qed jiġu organizzati wara sejħa li saret mis-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali u mill-Uffiċċju tal-President. |
| L-attivitajiet | ivarjaw minn lokalità għall-oħra u jinkludu l-organizzazzjoni ta’ bazaars, logħob għat-tfal, fun runs, maratoni ta’ logħob tal-billiards, draughts u darts, fiera tal-kotba, tournaments tal-football, car boot sales, car washes u mixjiet kulturali. |
| Il-flus li se | jinġabru waqt dawn l-attivitajiet se jkunu ppreżentati lill-E.T. il-President ta’ Malta George Abela bħala parti mill-kampanja l-Istrina 2010. |
| Is-Segretarjat | Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali jħeġġeġ lill-Maltin u l-Għawdxin kollha biex jipparteċipaw bi ħġarhom f’dawn l-attivitajiet u biex jikkontribwixxu sabiex L-Istrina 2010 terġa’ tkun suċċess u b’hekk tingħata l-għajnuna lill-persuni li tant jinħtieġuha. |
| Il-Kunsilli Lokali li | se jorganizzaw l-attivitajiet huma l-Isla, Ħal Qormi, ir-Rabat (Għawdex), Ħal Balzan, Birżebbuġa, Ħad Dingli, il-Floriana, il-Fontana, il-Gżira, Għajnsielem, l-Għarb, il-Għargħur, l-Iklin, Ħal Kirkop, Marsaskala, l-Imġarr, l-Imqabba, il-Munxar, in-Nadur, tal-Pieta’, Ħal Safi, San Ġwann, San Pawl il-Baħar, is-Swieqi, ix-Xgħajra, iż-Żebbuġ u ż-Żurrieq. Il-Kumitati Amministrattivi tax-Xlendi u Bubaqra wkoll qed jagħtu sehemhom bl-organizzazzjoni ta’ attivitajiet mal-Kunsilli Lokali rispettivi. |
| Fil-ġimgħat li ġejjin | numru ta’ Kunsilli Lokali u Kumitati Amministrattivi oħra se jkunu qed jorganizzaw aktar attivitajiet b’risq l-Istrina 2010. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003