Left arrow Go Back

27 ATTIVITÀ MINN KUNSILLI LOKALI U KUMITATI AMMINISTRATTIVI BIEX JINĠABRU FONDI B’RISQ L-ISTRINA 2010

pr2114
Date Icon 16/11/2010
Bejn nhar il-Ġimgħa19 u l-Ħadd 21 ta’ Novembru, numru sabiħ ta’ Kunsilli Lokali u Kumitati Amminisrattivi se jorganizzaw attivitajiet fil-lokalitajiet b’risq l-Istrina 2010.
B’kollox se jsiru 27attività differenti. Dawn qed jiġu organizzati wara sejħa li saret mis-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali u mill-Uffiċċju tal-President.
L-attivitajietivarjaw minn lokalità għall-oħra u jinkludu l-organizzazzjoni ta’ bazaars, logħob għat-tfal, fun runs, maratoni ta’ logħob tal-billiards, draughts u darts, fiera tal-kotba, tournaments tal-football, car boot sales, car washes u mixjiet kulturali.
Il-flus li sejinġabru waqt dawn l-attivitajiet se jkunu ppreżentati lill-E.T. il-President ta’ Malta George Abela bħala parti mill-kampanja l-Istrina 2010.
Is-SegretarjatParlamentari responsabbli mill-Kunsilli Lokali jħeġġeġ lill-Maltin u l-Għawdxin kollha biex jipparteċipaw bi ħġarhom f’dawn l-attivitajiet u biex jikkontribwixxu sabiex L-Istrina 2010 terġa’ tkun suċċess u b’hekk tingħata l-għajnuna lill-persuni li tant jinħtieġuha.
Il-Kunsilli Lokali lise jorganizzaw l-attivitajiet huma l-Isla, Ħal Qormi, ir-Rabat (Għawdex), Ħal Balzan, Birżebbuġa, Ħad Dingli, il-Floriana, il-Fontana, il-Gżira, Għajnsielem, l-Għarb, il-Għargħur, l-Iklin, Ħal Kirkop, Marsaskala, l-Imġarr, l-Imqabba, il-Munxar, in-Nadur, tal-Pieta’, Ħal Safi, San Ġwann, San Pawl il-Baħar, is-Swieqi, ix-Xgħajra, iż-Żebbuġ u ż-Żurrieq. Il-Kumitati Amministrattivi tax-Xlendi u Bubaqra wkoll qed jagħtu sehemhom bl-organizzazzjoni ta’ attivitajiet mal-Kunsilli Lokali rispettivi.
Fil-ġimgħat li ġejjinnumru ta’ Kunsilli Lokali u Kumitati Amministrattivi oħra se jkunu qed jorganizzaw aktar attivitajiet b’risq l-Istrina 2010.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow