L-ART BĦALA INVESTIMENT FIL-KWALITÀ TAL-ĦAJJA
pr2113
16/11/2010
| “Il-politika ta’ | devoluzzjoni kif imħaddma mill-Gvern hija mezz ieħor ta’ kif nikkontribwixxu b’mod iżjed effettiv għal lokalitajiet dejjem iżjed aċċessibbli.” Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi waqt li kien qed imexxi ċerimonja ta’ devoluzzjoni, li permezz tagħha Ġnien Sant’Anna f’Marsascala għadda għand il-Kunsill Lokali tal-istess lokalità. |
| Jason Azzopardi qal | li l-Kunsill Lokali għandu pjanijiet ambizzjużi għal dan il-ġnien li se jtejbu l-kwalità tal-ħajja tar-residenti tal-lokalità. Filwaqt li se jissebbaħ, u mgħammar b’faċilitajiet għar-rilassament tal-famija, parti żgħira minn Ġnien Sant’Anna se tiġi żviluppata fl-uffiċċji amministrattivi ġodda tal-Kunsill Lokali. Fil-preżent il-Kunsill ta’ Wied il-Għajn jopera minn bini ċkejken li mhuwiex aċċessibbli għal kulħadd. Apparti minn hekk dan il-post mhuwiex mgħammar b’sala tal-komunità u faċiliatjiet oħra. |
| Dan kollu se jkun | indirizzat bil-bini amministrattiv ġdid li se jinbena fuq l-art li għaddiet għand il-Kunsill illum. |
| Is-Segretarju | Parlamentari qal li l-Gvern permezz tad-Dipartiment tal-Artijiet isostni bil-fatti ’l dawk il-Kunsilli Lokali li jistinkaw biex itejbu l-kwalità tal-ħajja tar-residenti tagħhom. Jason Azzopardi nnota kif għal dan il-Ġnien, il-Kunsill se jħallas l-ammont ta’ €1,000 kera fis-sena, filwaqt li l-valur kummerċjali tal-istess art huwa ta’ €50,000 kera fis-sena. Dawn mhumiex fondi mitlufa mill-Gvern, iżda huma fondi investiti fil-kwalità tal-ħajja tal-familji tagħna. |
| Jason Azzopardi | għalhekk feraħ lill-Kunsill Lokali ta’ Wied il- Għajn li qed jidħol għal dan il-proġett ambizzjuż. Huwa qal li l-Gvern dejjem joffri s-sostenn tiegħu għal proġetti li jagħmlu d-differenza fil-kwalità tal-ħajja tal-familji. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003