L-ECOFIN JIDDISKUTI L-KOOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA FIL-QASAM TAT-TASSAZZJONI
pr2109
16/11/2010
| Il-Ministru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment | Tonio Fenech, ħalla Malta għal Brussell, fejn se jipparteċipa għal-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi tal-Unjoni Ewropea (ECOFIN) kif ukoll tal-Eurogroup. Tonio Fenech hu akkumpanjat mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment, Alfred Camilleri u mir-Rappreżentant Permanenti ta’ Malta għall-Unjoni Ewropea, Richard Cachia Caruana. |
| Waqt | il-laqgħat, il-Ministri se jiddiskutu fost l-oħrajn il-proposti għal Direttiva tal-Kunsill dwar kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni, is-sistema tal-VAT fuq l-assigurazzjoni u s-servizzi finanzjarji, ir-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE għall-2009, il-finanzjament tal-bidla tal-klima u se jagħtu segwitu għal-laqgħa tal-Kunsill Ewropew tat-28 u d-29 ta’ Ottubru kif ukoll għas-Summit tal-G20 li sar il-ġimgħa li għaddiet fil-Korea t’Isfel. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003