Xogħlijiet ta’ 17-il artist żgħażugħ Għawdxi fil-Belt Victoria
pr2107
15/11/2010
| Sbatax-il artist | żgħażugħ Għawdxi qegħdin jesebixxu x-xogħlijiet tagħhom f’għaxar postijiet differenti madwar il-Belt Victoria f’dik li qed tissejjaħ il-VISTA, The Victoria Contemporary Art Tour. Din ir-rotta ta’ arti hija mmexxija mill-għalliem u artist Għawdxi Mario Cassar bil-parteċipazzjoni ta’ ħdax-il artist stabbilit u sitt studenti li qegħdin jistudjaw l-arti. |
| Il-Ministru għal Għawdex, | l-Onor. Giovanna Debono, inawgurat din ir-rotta ta’ arti fis-sala tal-wirjiet tal-Ministeru għal Għawdex, fejn il-kuratur Mario Cassar qed jesebixxi xogħlijiet tiegħu li jitrattaw il-politika u r-reliġjon. Il-Ministru Giovanna Debono spjegat kif din il-wirja hija waħda partikolari għax qed jiġu esebiti xogħlijiet ta’ artisti kontemporanji iżda li għandhom esperjenzi differenti. Mario Cassar għallem lis-16-il żagħżugħ li wħud minnhom diġà huma gradwati fl-arti filwaqt li oħrajn għadhom għaddejjin bl-istudji tagħhom, fl-Università ta’ Malta jew f’universitajiet barra minn Malta. Hija qalet li l-ħsieb wara din l-inizjattiva huwa li l-pubbliku jħares lejn ix-xogħlijiet tal-arti u jasal għall-interpretazzjoni individwali. Rigward il-wirja tas-Sur Mario Cassar, il-Ministru għal Għawdex qalet li din il-wirja qed titratta żewġ aspetti importanti li jiffurmaw parti kbira fil-ħajja ta’ kull ċittadin Għawdxi u Malti, u li jinfluwenzaw bil-kbir il-mod kif jaħsbu, kif iġibu ruħhom u l-mod kif jgħixu. Il-Ministru Debono ferħet lill-artisti u lill-istudenti li qegħdin jieħdu sehem f’dan il-proġett u awgurat li jibqgħu mexjin ‘il quddiem fil-qasam tal-arti, jesploraw bixriet kontemporanji fl-iżvilupp tal-arti madwar id-dinja u jibqgħu jdewqu lill-poplu Malti u Għawdxi l-kreattività u l-kapaċitajiet tagħhom. Hija fissret kif il-Ministeru għal Għawdex jippromwovi talenti artistiċi ankè permezz ta’ wirjiet u attivitajiet li jesponu t-talent artistiku Għawdxi. |
| L-artisti żgħażagħ | Għawdxin li qed jesebixxu x-xogħol tagħhom huma Victor Agius, Luke Azzopardi, Louis Spiteri, Justin Falzon, Maxine Claire Attard, Michael Xuereb, Joseph Calleja, Umberto Buttigieg, George Mario Attard, Mark Xuereb, John Paul Borg, Brendan Buttigieg, Marlon Cassar, Maria Chiara Camilleri, Anthea Saliba u Maureen Vella. Il-postijiet fejn qed jittellgħu dawn il-wirjiet ivarjaw minn kappelli, mużewijiet, spazji miftuħa, postijiet amministrattivi kif ukoll stabbilimenti kummerċjali. |
Il-VISTA The Victoria Contemporary Art Tour se tibqa’ miftuħa sal-Ħadd 28 ta’ Novembru 2010. Għal aktar informazzjoni tista’ tibgħat imejl fuq: m_cassar@maltanet.net
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003