Left arrow Go Back

KOMMEMORAZZJONI TFAKKAR IL-MALTIN LI NQATLU FUQ IL-FRONT TAL-PUNENT

pr2106
Date Icon 15/11/2010
Il-Ġimgħa 5 ta’ Novembru2010, l-Ambaxxatur ta’ Malta, l-E.T. is-Sur. Pierre Clive Agius, mexxa kommemorazzjoni għas-suldati Maltin li nqatlu fuq il-Front tal-Punent matul l-Ewwel Gwerra Dinjija.  Iċ-ċerimonja saret fuq il-mafkar militari ta’ Ploegsteert.  Dan hu mafkar għas-suldati li m’għandhomx qabar magħruf. Fuq dan il-mafkar, hemm imnaqqax l-isem ta’ Bernard Fredrick Paul Bernards. Bernards kien l-ewwel Malti li nqatel fuq dan il-Front tal-Punent.  Minn riċerka li għamlet l-Ambaxxata jirriżulta li hemm mill-inqas seba’ suldati Maltin li nqatlu fuq il-Front tal-Punent.
Din kienet l-ewwel darba f’dinil-parti tad-dinja li saret kommemorazzjoni speċjalment għas-suldati Maltin.  L-Ambaxxatur kien akkompanjat mill-Kaptan James Grixti u mis-Sur Frankiln Mamo, is-Segretarju tal-Assoċjazzjoni tal-Maltin fi Brussell.   Kien hemm ukoll preżenti għaċ-ċerimonja is-Sindku ta’ Ploegsteert, is-Sur Gilbert Deleu, kif ukoll delegazzjoni mill-Commonwealth War Graves Commission.
Speċifikament għal dinil-kommemorazzjoni ittellgħet il-bandiera Maltija u ndaqq il-last post. Wara minuta ta’ silenzju, d-delegazzjoni Maltija poġġiet kuruni tal-fjuri b’tifkira tal-Maltin kollha li tilfu ħajjithom fuq il-Front tal-Punent fiż-żewġ gwerer dinjin.


Second LietenantBernard Fredrick Paul Bernard tat-Tieni Battaljun tar-Royal Warwickshire Regiment, inqatel fl-azzjoni madwar Ploegsteert fil-Belġju fil-21 ta' Diċembru 1914 meta kellu biss 20 sena. Huwa wieħed minn ħafna suldati li tilfu ħajjithom u li m'għandhomx qabar magħruf.

Matul id-diskussjoni li l-Ambaxxatur Agius kellu mas-Sindku Deleu ġiet esplorata l-possibilità li fl-okkażjoni taċ-ċentenarju mid-dikjarazzjoni tal-Ewwel Gwerra Dinjija tliet snin oħra, jitwaqqaf mafkar għall-Maltin li tilfu ħajjithom.  Għal dan il-għan l-Ambaxxata tixtieq tappella lil kull minn għandu xi informazzjoni fuq Maltin li mietu fuq il-Front tal-Punent biex jgħaddiha lill-Ambaxxata fuq maltaembassy.brussels@gov.mt.

F’jum l-Armistizzju, il-11 ta’ Novembru 2010, L-Ambaxxatur ta’ Malta pparteċipa ukoll fiċ-ċerimonja li ssir kull sena f’Menin Gate ġewwa Ieper, fill-Fjandri.  Kien propju fl-għelieqi madwar Ieper li ġie użat għall-ewwel darba il-gas velenuż.  It-tradizzjoni li jintlibes il-peprin f’jum l-Armistizju taf l-oriġini tagħha propju f’dan ir-regjun kif jispjega Lieutenant Colonel John McCrae fill-poeżija emozzjonali tiegħu ‘In Flanders Fields’ li kiteb fit-8 ta’ Diċembru 1915.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow