Left arrow Mur Lura

Fiera Internazzjonali tal-Edukazzjoni u Karrieri f’Moska

pr2105
Date Icon 15/11/2010
Fit-12 ta’ Novembru,Malta reġgħet kienet fiċ-ċentru ta’ attenzjoni fis-suq tat-turiżmu edukattiv f’Moska. L-Awtorità Maltija tat-Turiżmu pparteċipat bi stand fil-Fiera Internazzjonali ta’ Moska dwar l-Edukazzjoni u l-Karrieri. Din il-fiera tiġbed il-maġġoranza ta’ kumpaniji tal-ivvjaġġar Russi li jispeċċjalizzaw fit-turiżmu edukattiv. L-Ambaxxatur ta’ Malta, l-ET Charles Inguanez, żar l-Istand ta’ Malta fil-Fiera u flimkien mar-Rappreżentant tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu f’Moska, is-Sur Anthony Caruana, iltaqgħu ma’ diversi aġenti tal-ivjaġġar Russi li jbiegħu tours għall-istudju tal-Ingliż barra r-Russja. L-Ambaxxatur ta’ Malta u r-Rappreżentant tal-MTA kellhom diskussjonijiet bil-għan li jippromovu lil Malta bħalha destinazzjoni għall-istudji.
Il-laggħat ma’ kumpanijital-ivjaġġar Russi gew mogħtija spinta billi ma’ kull opportunità li tinqala, l-Ambaxxatur ta’ Malta u r-Rappreżentant tal-Awtorita Maltija tat-Turizmu qegħdin direttament jitkellmu man-nies ikkonċernati u jagħmlu aċċenn differenti fuq il-vantaġġi li għandha Malta bħalha destinazzjoni għall-istudji kemm jekk hu tagħlim tal-Ingliż kif ukoll jekk hu dwar studju f’istituzzjonijiet għolja edukattivi.  Il-kuntatt dirett u laqgħat għinu biex jiġu ikkjarifikati diffikultajiet partikolrment dwar viżi u biex tiġi stabbilita relazzjoni ta’ xogħol ahħar ma’ dawn l-operaturi importanti fil-promozzjoni ta’ Malta.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow