Fiera Internazzjonali tal-Edukazzjoni u Karrieri f’Moska
pr2105
15/11/2010
| Fit-12 ta’ Novembru, | Malta reġgħet kienet fiċ-ċentru ta’ attenzjoni fis-suq tat-turiżmu edukattiv f’Moska. L-Awtorità Maltija tat-Turiżmu pparteċipat bi stand fil-Fiera Internazzjonali ta’ Moska dwar l-Edukazzjoni u l-Karrieri. Din il-fiera tiġbed il-maġġoranza ta’ kumpaniji tal-ivvjaġġar Russi li jispeċċjalizzaw fit-turiżmu edukattiv. L-Ambaxxatur ta’ Malta, l-ET Charles Inguanez, żar l-Istand ta’ Malta fil-Fiera u flimkien mar-Rappreżentant tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu f’Moska, is-Sur Anthony Caruana, iltaqgħu ma’ diversi aġenti tal-ivjaġġar Russi li jbiegħu tours għall-istudju tal-Ingliż barra r-Russja. L-Ambaxxatur ta’ Malta u r-Rappreżentant tal-MTA kellhom diskussjonijiet bil-għan li jippromovu lil Malta bħalha destinazzjoni għall-istudji. |
| Il-laggħat ma’ kumpaniji | tal-ivjaġġar Russi gew mogħtija spinta billi ma’ kull opportunità li tinqala, l-Ambaxxatur ta’ Malta u r-Rappreżentant tal-Awtorita Maltija tat-Turizmu qegħdin direttament jitkellmu man-nies ikkonċernati u jagħmlu aċċenn differenti fuq il-vantaġġi li għandha Malta bħalha destinazzjoni għall-istudji kemm jekk hu tagħlim tal-Ingliż kif ukoll jekk hu dwar studju f’istituzzjonijiet għolja edukattivi. Il-kuntatt dirett u laqgħat għinu biex jiġu ikkjarifikati diffikultajiet partikolrment dwar viżi u biex tiġi stabbilita relazzjoni ta’ xogħol ahħar ma’ dawn l-operaturi importanti fil-promozzjoni ta’ Malta. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003