Left arrow Go Back

IL-PRESIDENT JNIEDI L-ESIBIZZJONI TA’ OĠĠETTI GHALL-IRKANT B’RISQ IL-MALTA COMMUNITY CHEST FUND FIL-PALAZZ IL-BELT, VALLETTA

pr2103
Date Icon 15/11/2010
“Il-varjeta’ hija l-karatteristika tal-irkant ta’din is-sena. Dawn huma kollha oġġetti ta’ kwalita’ u ta’ valur u b’hekk l-irkant għandu jolqot il-gosti ta’ ħafna.”
Dan qalul-President George Abela meta dalgħodu nieda l-esibizzjoni ta’ diversi oġġetti li ser jiġu rkantati nhar il-Ġimgħa, 19 ta’ Novembru 2010 fil-Palazz il-Belt Valletta fit-8.00pm. Il-President iddeskriva l-irkant bħala waħda mill-attivitajiet prinċipali, fost oħrajn, li għandhom jwassluna għal ġurnata ta’ “L-Istrina” li se ssir fis-26 ta’ Diċembru, l-għada tal-Milied.
Il-President Abela qal li “L-Istrina mill-Qalb” –il-motto ta’ din is-sena – huwa rifless f’dan l-irkant fejn fih insibu donazzjonijiet ta’ individwi, artisti jew kumpaniji privati li taw mill-qalb sabiex b’hekk għandna irkant ta’ madwar sebgħin oġġett li jinkludi: xogħlijiet artistici kontemporanji (pittura u skultura), fided, twapet u għamara antika, Melitensia kif ukoll varjeta’ ta’ nbejjed ta’ prestiġju li jappellaw għal dawk li jikkollezzjonaw l-inbid.
Filwaqtli l-President George Abela fakkar li s-sena l-oħra permezz tal-irkant inġabbru €42,000 awgura li din is-sena jerġa’ jkun suċċess biex il-fond ikun jista’ jgħin lil dawk fil-bżonn. Il-President Abela tkellem dwar esperjenza riċenti fl-isptarijiet fir-Renju Unit fejn iltaqa’ ma’ diversi pazjenti Maltin u l-familjari tagħhom. Hemm ra kemm il-bżonnijiet tagħhom huma kbar u kemm jgħaddu minn tbatija, mhux biss fiżika, iżda ukoll emozzjonali. Madankollu f’ċerti każijiet ħa gost jara stejjer ta’ suċċess fejn il-marid kien għaddej minn proċess ta’ fejqan. Il-Malta Community ChestFund tat il-kontribut tagħha għal dan il-fejqan permezz tal-impenn tagħha u tal-ġenerożita’ tal-poplu Malti qed tilħaq l-għan tagħha li tagħti kwalita’ ta’ ħajja aħjar.
Il-President irringrazzja lid-Dentist Dr. PascalDemajo u l-kumitat organizzattiv tiegħu li qed jieħu ħsieb itella’ dan l-irkant, li ser ikun immexxi mill-irkantatur Joseph Sammut ta’ Belgravia Auctions.
Id-Dħulgħall-esibizzjoni fil-Palazz il-Belt Valletta huwa b’xejn kuljum mid-9.00am sas-7.00pm, filwaqt li sabiex wie]ed jattendi l-irkant id-dħul huwa ta’ €25 il-persuni u l-qliegħ kollu imur għall-Malta Community Chest Fund.

Dan l-irkant jista’ jseħħ permezz tal-qalb ġeneruża tad-donaturi, kif wkoll tad-diversi nies involuti li qed jagħtu s-servizz tagħhom b’xejn, bħad-Dipartiment tal-Informazzjoni li ppubblikaw ktejjeb bid-dettalji fuq kull oġġett (pdf tal-katalgu mehmuż), il-Heritage Malta, Greenaways Frames. Waqt l-irkant ser ikun hemm Champagne Reception sponsorjat minn Zest Caterers, M. Demajo Group u Pol Roger Champagne.

Dawk kollha li jixtiequ iktar informazzjoni jistgħu iċemplu fuq 22053148, 21231350 u 99874068 jew jibgħat email fuq: christine.camilleri@gov.mt

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow