WHERE I BELONG – KONFERENZA DWAR IL-FOSTERING: 193 TIFEL U TIFLA JIBBENEFIKAW MIS-SERVIZZ TA’ FOSTERING
pr2102
15/11/2010
| Bħalissa | hawn 193 tifel u tifla jibbenefikaw mis-servizz tal-fostering li 121 minnhom kienu milqugħa f’familji ta’ persuni li ma kienux relatati magħhom. |
| Dan | qalitu l-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja Dolores Cristina meta kienet qed tindirizza l-konferenza « Where I Belong » li kienet organizzata fuq inizjattiva ta’ Bernard Grima membru tal-Power4Youth, flimkien mal-Fostering Team fi ħdan l-Aġenzija Appoġġ u NFCAM – l-Assoċjazzjoni tal-foster carers Maltin. |
| L-iskop | ewlieni tal-konferenza kien biex l-adulti, it-tfal u ż-żgħażagħ jiddiskutu flimkien, jifhmu u jaraw kif din l-esperjenza tal-fostering tista’ tkun waħda aktar pożittiva għal kull membru fil-familja. |
| B’mod | prattiku il-konferenza wriet kif il-fostering family tista’ tissaħħaħ u kif il-membri tagħha jistgħu jieħdu aktar ħsieb xulxin. |
| Din | il-konferenza timmarka pass sinifikanti ieħor fil-mixja ‘l quddiem biex jikber is-servizz tal-fostering f’Malta u Għawdex. Mixja li rat il-bidu tagħha madwar erbatax-il-sena ilu. Ma kienitx mixja faċli. Dak iż-żmien, f’Malta ma kienx hawn għarfien dwar x’inhu il-fostering, x’impenn jinvolvi li wieħed jiftaħ il-familja tiegħu biex jagħti servizz lil tfal u familji fi bżonn ta’ għajnuna. |
| Forsi ftit kienu jaħsbu u jemmnu li l-fostering | kien se jrabbi l-egħruq u jagħti riżultati f’pajjiżna. L-istatistika turi li matul dawn is-snin, ‘l fuq minn 300 tifel u tifla trabbew ma’ foster families. |
| Fl-elf | disa’ mija u sitta u disgħin (1996), is-sena li rat il-bidu uffiċjali ta’ din il-ħidma fostna, in-numru ta’ tfal fostered kien dak ta’ 29. Sena wara l-oħra, il-ħidma kompliet tissaħħaħ u n-numru ta’ tfal fostered baqa’ jikber. L-aħħar statistika, dik maħruġa f’Ottubru ta’ din is-sena, tindika li n-numru totali ta’ tfal u żgħażagħ li qed jibbenefikaw mis-servizz tal-fostering huwa dak ta’ 193. Minn dawn, 95 huma subien u 98 huma bniet. 72 minn dawn it-tfal u żgħażagħ qed jiġu fostered minn persuni li jiġu minnhom, bħalma huma aħwa kbar, zijiet u nanniet. Il-kumplament, 121, qed jiġu fostered minn familji li ma jiġux minnhom. |
| Il-Ministru Cristina sostniet li dan is-suċċess | fil-qasam tal-fostering kien riżultat ta’ ħidma sfieqa u determinanti min-naħa ta’ kull min kien involut biex dan is-servizz jirnexxi. Din il-ħidma kienet tinkludi kampanji ta’ tagħrif fuq mezzi tax-xandir : radju, televiżjoni, artikli f’gazzetti, numru sostanzjali ta’ korsijiet ta’ taħriġ għal foster carers prospettivi li wrew interess fil-fostering, rapporti ta’ assessment u evalwazzjoni tal-persuni li spiċċaw il-kors inizjali ta’ taħriġ biex finalment jiġu preżentati quddiem il-Bord tal-Fostering għall-approvazzjoni tiegħu kif ukoll ħidma intensiva biex il-foster carers jiġu mogħtija l-gwida u s-sapport meħtieġ fil-ħidma tagħhom. |
| Il-laqgħat tas-support groups miżmuna darba | f’xahar kienu wkoll sors importanti biex tissaħħaħ l-għaqda u s-sapport bejn il-foster carers. Kull tifel u tifla li ġew fostered kienu segwiti b’mod intensiv. Apparti żjariet fid-djar tal-foster carers jibqgħu jsiru wkoll, b’mod regolari laqgħat u diskussjonijiet bejn il-professjonisti flimkien mat-tfal u l-foster carers, biex jiġi formulat Care Plan li jħares l-aħjar interess tat-tfal u ż-żgħażagħ fil-fostering. |
| Il-Ministru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja | f’isimha u f’isem il-Gvern Malti rringrazzjat mill-qalb lil kull min qed jgħin f’dan il-qasam għall-kontribut kbir li qed jagħtu lil dawn it-tfal u żgħażagħ u finalment lis-soċjeta’ Maltija. Kontribut imprezzabbli. Dawn in-nies qed jipprovdu l-esperjenza ta’ familja lil tfal u żgħażagħ li għal raġunijiet differenti, ma jistgħux jitrabbew fil-familji naturali tagħhom. |
| Il-Gvern | jemmen u jsostni dak li hemm indikat fil-konvenzjoni dwar id-drittijiet tat-tfal: dawn għandhom dritt fundamentali li jgħixu f’familja u hu determinat li jkompli jagħti l-kontribut tiegħu kemm f’dak li jinvolvi żvilupp ta’ servizzi, kif ukoll billi jagħti għajnuna finanzjarja lill-familji li jidħlu għall-missjoni tal-fostering biex jgħinhom ikomplu l-ħidma tagħhom. |
| Fil-futur qarib, il-Gvern se jkompli jaħdem id f’id | mal-Aġenzija Appoġġ u mal-Assoċjazzjoni tal-foster carers NFCAM biex jiżgura li jiġu milħuqa l-miri stabbiliti fil-pjan tal-Gvern dwar il-fostering. Diġa’ intlaħqu miri importanti fosthom li tfasslet il-liġi tal-fostering permezz ta’ l-Att dwar il-Foster Care fis-sena 2007. Żdied in-numru ta’ social workers fil-fostering team, ġie miżjud l-ammont ta’ Child in Care Benefit li tela’ minn 40 ewro fil-ġimgħa għal 70 ewro fil-ġimgħa. Fl-aħħar baġit ġiet dedikata s-somma ta’ €400,000 biex ikompli jissaħħaħ dan is-servizz. |
| Il-Ministru Cristina reġgħet irringrazzjat lill- | foster carers, lill-ħaddiema soċjali li jagħtuhom sapport u lit-tfal u żgħażagħ li qed irabbu. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003