TIKKETTA ĠDIDA TĦEĠĠEĠ LILL-KONSUMATURI JAGĦŻLU MAJJAL TA’ MALTA
pr2100
15/11/2010
| Illum il-Ministru | għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali George Pullicino, nieda uffiċjalment tikketta ġdida tħeġġeġ lill-konsumaturi jagħżlu l-majjal ta’ Malta. Mil-lum ‘il quddiem se ssir aktar faċli biex il-konsumatur Malti jagħraf il-Majjal ta’ Malta. Dan minħabba li l-majjal frisk u ġenwin ta’ Malta issa se jkun identifikat permezz tat-tikketta “Majjal ta’ Malta”. |
| It-tikketta se tkun | tidher kemm fuq il-prodott lokali, kif ukoll, fil-forma ta’ sticker, imwaħħla mal-bibien u t-twieqi tal-bejjiegħa tal-laħam li jbiegħu l-majjal frisk ta’ Malta u prodotti magħmulin minnu. Dan għandu jipprovdi serħan il-moħħ u fiduċja lill-konsumaturi li jixtru l-prodott lokali. |
| Il-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, George | Pullicino qal li t-tibdiliet li l-produtturi tal-majjal ta’ Malta qegħdin jagħmlu flimkien, sabiex is-settur jibqa’ wieħed sostenibbli, huma rimarkabbli. “Dan intom qegħdin tagħmluh għax tagħrfu l-ħtieġa li kontinwament issir analiżi tas-suq u jsiru xi tibdiliet neċessarji sabiex jintlaħqu l-aspettattivi tal-konsumatur. Dan huwa fattur importanti, għax jekk jintlaħqu l-aspettivi tal-konsumatur, il-prodott ġenwin Malti jkun għalhekk għażla naturali għall-istess konsumatur. |
| Dr Oliver Frendo, | General Manager tal-Koperattiva ta’ Min Irabbi l-Majjal qal li “l-konsumaturi għandhom id-dritt għall-għażla. S’issa, il-konsumaturi ma kienux jafu jekk il-majjal li jsibu għall-bejgħ hux impurtat jew majjal ta’ Malta. Iżda issa, b’din it-tikketta ġdida, se jkun eħfef għalihom li jidentifikawh”. Huwa saħaq li “l-konsumaturi issa jistgħu jkunu ċerti li fejn jaraw it-tikketta “Majjal ta’ Malta”, jinbiegħ majjal imrobbi, maqtul u maħdum lokalment’’. |
| Minbarra | t-tikketta, li se twassal għal distinzjoni aħjar bejn il-prodott lokali u dak importat, se tibda kampanja ta’ reklamar li se tqajjem għarfien fost il-konsumatur dwar il-benefiċċji tal-konsum tal-majjal frisk u ġenwin ta’ Malta. L-għan ta’ din il-kampanja huwa li b’ħidma flimkien mal-bejjiegħa tal-laħam, id-distributuri u l-proċessuri lokali, jiżdied il-konsum tal-Majjal ta’ Malta. |
| Il-kampanja se tinkludi wkoll tqassim ta’ riċetti | differenti mingħajr ħlas fl-istabbilimenti li jipparteċipaw fl-iskema. Fost dawn ir-riċetti se jkun hemm ukoll riċetti speċjali bil-majjal ta’ Malta li jistgħu jiġu msajra għat-tfal u għall-anzjani, kif ukoll riċetti għal min ibati bil-kolesterol, bil-pressjoni għolja jew bid-dijabete”. |
Se jkun hemm ukoll reklamar fuq billboards, fuq it-televiżjoni u fuq il-gazzetti. Illum ukoll tnediet il-website www.majjaltamalta.com/ li fiha hemm informazzjoni dwar il-Majjal ta’ Malta, l-istabbilimenti li qed jipparteċipaw fl-iskema, kif ukoll riċetti u videos qosra dwar il-valur nutrittiv tal-majjal”.
Il-kampanja “Majjal ta’ Malta” mmexxija mill-Koperattiva ta’ Min Irabbi l-Majjal, għandha l-appoġġ tal-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali kif ukoll tal-Assoċjazzjoni tal-Bejjiegħa tal-Laħam.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003