Karrieri minn fuq il-Campus
pr2098
15/11/2010
| “L-opportunitajiet li jistgħu jieħdu vantaġġ minnhom | iż-żgħażagħ tagħna anke waqt li jkunu għadhom għaddejjin bl-istudji tagħhom, huma bosta u varjati. Is-Seba’ edizzjoni tal-Fiera tal-Karrieri hija xhieda ħajja ta’ dan.” Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet Jason Azzopardi waqt il-ftuħ uffiċjali tal-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Fiera tal-Karrieri fuq il-Campus tal-Università ta’ Malta organizzata mill-Kunsill Studenti Universitarji flimkien mal-għaqda studenteska internazzjonali AEISEC. |
| Jason | Azzopardi qal li din il-Fiera tixhed b’mod konkret l-opportunitajiet li għandhom l-istudenti tal-Università llum. Dan jawgura tajjeb għall-futur ta’ dawn l-istudenti nnifishom, iżda jawgura tajjeb ukoll għall-ekonomija tal-pajjiż. “Fir-realtà ekonomika li ngħixu fiha llum, joħroġ dejjem iżjed biċ-ċar l-importanza tal-edukazzjoni terzjarja. Il-pajjiż xahar wara xahar qed jirnexxielu jiġbed lejh investiment siewi li miegħu jġib ix-xogħol. Dan l-investiment biex nibqgħu nsostnuh jirrikjedi klassi professjonali dejjem iżjed b’saħħitha.” |
| Is-Segretarju Parlamentari saħaq li għalhekk | il-Gvern għal dawn l-aħħar snin ħaddem politika li tixpruna l-industrija tas-servizzi kif ukoll dik tal-manufattura tal-valur miżjud. L-edukazzjoni tibqa’ ħolqa ewlenija u ċentrali f’din il-katina li twassal għax-xogħol. Fil-Budget imħabbar għas-sena d-dieħla, il-Gvern ikkonferma t-twemmin f’dan il-qasam billi żied il-vot għall-istipendji b’miljun Ewro, biex issa dan tela’ għal €23 miljun, bi 18,000 student igawdu minnhom. Dan jingħaqad mal-għexieren ta’ opportunitajiet li l-Gvern joffri biex iż-żgħażagħ tagħna jġibu iżjed MAs, PhDs, li jagħtuhom dejjem iżjed opportunitajiet fis-suq tax-xogħol. |
| Il-Gvern | dan jagħmlu b’mod mill-iżjed konkret għax fl-aħħar snin kompla jagħti iżjed scholarships għal edukazzjoni f’livelli avvanzati, filwaqt li l-popolazzjoni fl-Università baqgħet tikber iktar minn qatt qabel. |
| Jason | Azzopardi feraħ lill-organizzaturi tal-Fiera tal-Karrieri, li minn sena għall-oħra qed tikseb suċċessi kbar. Huwa tkellem mal-esebituri differenti minn 15-il kumpanija differenti minn oqsma differenti fosthom kumpaniji tal-Awdituri, Legali, Telekomunikazzjoni, Riċerka, mis-Settur Finanzjarju u dak Edukattiv kif ukoll entitajiet pubbliċi. |
| Is-Segretarju Parlamentari nnota b’sodisfazzjon kif | uħud mill-esebituri diġà għandhom magħhom mijiet ta’ studenti li għadhom jistudjaw, iżda li moħħhom mistrieħ dwar il-futur tal-karriera tagħhom. Dan, qal Jason Azzopardi, huwa l-frott konkret ta’ inizjattivi bħal din li tnediet illum. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003