Sogħba għall-mewt tal-Isqof Nikol Cauchi
pr2096
15/11/2010
| Il-Prim | Ministru Lawrence Gonzi f’isem il-Gvern u l-poplu jesprimi s-sogħba għall-mewt u jsellem il-memorja tal-Isqof Emeritus Nikol Cauchi. |
| L-Isqof | Nikol Cauchi ta kontribut fl-iżvilupp tal-ħsieb u t-tagħlim soċjali. Tul ħajtu wera passjoni dwar kif it-tagħlim soċjali tal-Knisja jista’ jiġi applikat fil-kuntest lokali. |
| Hu żamm | kuntatt mill-qrib man-nies, mhux biss permezz tal-laqgħat u x-xandiriet li kien jagħmel iżda anki bil-kontribut li kien jagħti permezz ta’ diversi kitbiet importanti li hu ħalla warajh. Hu kien ħolqa importanti mal-Maltin u l-Għawdxin ta’ barra bil-kuntatt li kien iżomm magħhom. |
| Il-Prim | Ministru jwassal il-kondoljanzi tiegħu u tal-poplu lill-qraba u lill-familjari tal-Isqof Cauchi. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003