Left arrow Mur Lura

Informazzjoni dwar l-Ewwel Ċentru ta’ Matul il-Lejl għall-Anzjani f’pajjiżna

pr2095
Date Icon 14/11/2010
Il-PrimMinistru, l-Onor Lawrence Gonzi,  dalgħodu fetaħ uffiċjalment l-ewwel ċentru ta’ matul il-lejl għall-anzjani f’pajjiżna.   Waqt il-programm tal-ftuħ Il-Prim Ministru u s-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunita spjegaw il-ħsieb wara dan iċ-ċentru u ltaqgħu wkoll mal-ewwel anzjani li qegħdin jużaw dan is-servizz ġdid.
Daniċ-ċentru jinsab fil-kunvent tas-sorijiet ta’ Ġesu Nazzarenu fiż-Żejtun, fejn sala kbira ġiet mibdula f’ċentru ta matul il-lejl (night shelter ) għall-Anzjani.  F’dan iċ-ċentru l-anzjani se jkunu jistgħu jgħaddu l-lejl b’rashom mistrieħa.
Puntidwar iċ-ċentru:

-     Dan huwa proġett pilota li permezz tiegħu l-anzjani se jkunu jistgħu jibqgħu jgħixu fil-komunita’ tagħhom mingħajr il-bżonn li jmorru joqogħdu ġo dar tal-anzjani. Huma bosta dawk l-anzjani li jagħżlu li jmorru f’home minħabba li ma jridux iqattgħu il-lejl waħidhom u allura ċ-ċentru jaf ikun soluzzjoni ideali

-     Matul il-lejl ikun hemm care worker stand by

-     F’kull kamra hemm buzzer biex tissejjaħ l-għajnuna tal- care worker f’każ ta’ bżonn

-     Dan il-proġett qiegħed isir b’kollaborazzjoni mal-Kurja

-     Bħalissa hemm 7 anzjani li ilhom jorqdu f’dan iċ-ċentru sa minn Awwissu

Iċ-ċentru jikkonsisti minn:

-         8 soddod

-         Kċina

-         Sitting u living area

-         Kamra tal-banju

-         Toilet

-         Store / box room

-         Lift (naturalment aċċessibbli għall-wheelchair)

Dan kien proġett piolta li ntlaqa’ tajjeb, tant li diġa’ bdew tħejjijiet għat-tieni ċentru simili li ser isir fil-Mellieħa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow