Left arrow Mur Lura

DISKORS MILL-ONOR MARIO GALEA, SEGRETARJU PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANI U KURA FIL-KOMUNITA', FL-OKKAŻJONI TAL-FTUĦ TAL-EWWEL ĊENTRU TA' MATUL IL-LEJL GĦALL-ANZJANI.

pr2094
Date Icon 14/11/2010
Jgħidu“li l-ħolm tal-bieraħ huwa l-aġenda politika tal-lum”.
U hekkhu. Snin ilu kien hawn il-ħolma li xi darba f’dan il-Kunvent kbir tas-Sorijiet ta’ Ġesù Nazzarenu għandu jsir night shelter għall-anzjani. Anzjani li għadhom indipendenti, imma minħabba ċirkostanzi differenti spiċċaw li matul il-lejl jorqdu waħedhom. Eżatt wara li ngħatajt il-kariga mill-Onor Prim Ministru ta’ Segretarju Parlamentari, bdejt kuntatt mal-Kurja u mas-Sorijiet ta’ Ġesù Nazzarenu biex il-ħolma tan-night shelter insarrfuha f’realtà. Irrid nibda biex nirringrazzja kemm lil dawn is-sisters, kif ukoll lill-Kurja, b’mod speċjali lil Mons Victor Grech u Mons McKeon għall-koperazzjoni u l-ħeġġa li sibt mingħandhom. Wara numru ta’ laqgħat, beda x-xogħol. Kellu jsir lift ġdid għall-anzjani li jkun aċċessibbli għall-wheelchair.
Sarukitchenette, television u living room, żewġ bathrooms u store. Bnejna wkoll tmint ikmamar għal tmin anzjani. Kull kamra ġiet mgħammra b’sodda u l-għamara kollha meħtieġa biex kull anzjana tkun tista’ tħalli xi affarijiet personali, inkluż ħwejjeġ fil-kamra tagħha. Kull kamra ġiet mgħammra wkoll b’nurse call. Dan hu l-ewwel night shelter li qatt sar f’pajjiżna u nista’ ngħid li diġà huwa suċċess. Diġà għandna seba’ sodod mimlija bl-anzjani.
Kif tafugħandna diversi servizzi oħra mmirati għall-anzjani fil-komunità. Imma dejjem konna nkwetati fuq anzjani li jispiċċaw jagħmlu talba biex jidħlu f’residenza u dan għal raġuni waħda – dik li jiddejqu jorqdu waħedhom bil-lejl għax is-solitudni kerha wisq. Il-politika tal-Gvern preżenti hi li jimpurtana minn kulħadd imma l-aktar minn dawk l-aktar vulnerabbli bħalma huma l-anzjani.
Naħsebl-akbar wirt li ħallewlna missirijietna u li dejjem iddistingwewna bħala poplu, hu t-twemmin tagħna u l-valuri li baqgħu jintirtu minn ġenerazzjoni għall-oħra, b’valuri li fost oħrajn jinkludu illi aħna bħala poplu jimpurtana minn xulxin. Ta’ bilħaqq we are a caring society.
Dawnl-anzjani li qed jagħmlu użu minn dan in-night shelter qed nagħtuhom aktar indipendenza għax matul il-ġurnata għandhom is-sodisfazzjon li jagħmlu l-qadi tagħhom u jqattgħu l-ġurnata kif jixtiequ huma. Fuq kollox, iqattgħu l-ġurnata fl-ambjent li trabbew fih viċin il-familja u l-ġirien li jafu. Imbagħad meta jibda jidlam jiġu hawn u jgħaddu l-lejl b’moħħhom mistrieħ.
Għaxdawn huma sorijiet li nafuhom u li jafuna. Huma parti integrali u importanti mill-komunità taż-Żejtun. Dawn is-sorijiet minn dejjem kellhom missjoni soċjali. Ta’ min jgħid li wara l-gwerra kellhom mijiet ta’ tfal żgħar, li ħafna minnhom sfaw orfni fil-gwerra u li spiċċaw irabbuhom dawn is-sorijiet. Interessanti l-fatt li wħud minn dawn it-tfal li spiċċaw bla familja kibru u baqgħu jgħixu hawn f’dan il-Kunvent u llum huma stess saru anzjani. Dan il-Kunvent kien u għadu darhom.
Barraminn din il-missjoni soċjali, dawn is-sorijiet huma magħrufa wkoll għall-presepju kbir mekkanizzat li kien inħadem mill-Isqof Galea u mill-Inġinier Salvu Pavia li llum hu resident f’San Vinċenz. Filwaqt li l-ħwejjeġ tal-pasturi kienu nħietu mill-istess sorijiet. Dan il-presepju hu ferm popolari u kull sena jżuruh għadd ta’ turisti. Aħna ż-Żwieten nafu wkoll li dawn is-sorijiet huma fost il-waħdiet li fadal li għadhom jaħdmu l-ostji li mbagħad jinbiegħu lill-knejjes.
Irridl-ewwel u qabel kollox nawgura minn qalbi lill-anzjani kollha li qed jagħmlu użu minn dan in-night shelter. J’Alla hawn isibu l-mistrieħ u s-serħan tal-moħħ tul l-iljieli.
Lil dawnis-sorijiet minn qalbi rrid nerġa’ nirringrazzjahom għall-missjoni soċjali li dejjem kellhom. Għall-valuri li dejjem xerrdu fir-raħal tagħna u għal kemm nies li kienu għaddejin minn żmien diffiċli hawn ġew ġo dan il-Kunvent sabu s-sabar u t-talb li kellhom bżonn.
Irridnagħlaq billi lil dawn is-sisters niddedikalhom kwotazzjoni mill-isbaħ ta’ Madre Teresa li nemmen li tgħodd ħafna u ħafna għalihom. Madre Teresa kienet qalet hekk “Intom lapes f’idejn Alla li permezz tax-xogħol tagħkom qiegħed jikteb ittra ta’ mħabba lid-dinja”.
Minnqalbi grazzi ħafna.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow