Left arrow Mur Lura

16-il sottomissjoni għat-tieni edizzjoni tal-konkors letteratura għaż-żgħażagħ

pr2091
Date Icon 13/11/2010
L-OnorClyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport dalgħodu indirizza konferenza tal-aħbarijiet, waqt il-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb, dwar il-konkors ta’ kitba għaż-żgħażagħ li tkun organizzata mis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.
L-għantal-konkors huwa biex jimla lakuna fejn tidħol il-letteratura għaż-żgħażagħ.  Fil-preżent, fil-Malti kuntrarju għal-letteraturi barranin għandna ftit wisq testi letterarji għal din l-età u l-għan ta’ dan il-konkors hu li maż-żmien tinbena librerija ta’ pubblikazzjonijiet.
Fid-diskors tiegħu l-Onor. Puli sostna li din hijainizjattiva oħra ta’ empowerment għaż-żgħażagħ.  L-Onor Puli saħaq li din l-inizjattiva tħeġġeġ awturi stabbiliti jiktbu letteratura għaż-żgħażagħ ta’ bejn it-tnax u s-sbatax -il sena u fuq kollox qal li toffri opportunità għall-kittieba ġodda fosthom awturi żgħażagħ. Fuq kollox, f’dan il-konors qed jingħata premju lill-awtur żagħżugħ li jiġi l-ewwel fost il-kittieba żgħażagħ biex itejjeb il-manuskritt miegħu.  Ir-rebbieħa f’dan il-konkors jkunu tnejn u jitqiesu ndaqs u jkollhom il-jedd tal-pubblikazzjoni.
Is-Segretarju Parlamentari qal li wara li ftittax-xhur ilu ħabbarna t-tieni edizzjoni ta’ dan il-konkors daħlu sittax -il sottomissjoni.
Fil-konferenza tkellem ukoll Dr Ġorġ Mallia liesprima s-sodisfazzjoni li s-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport laqa’ mill-ewwel idea u issa beda jinħasad ukoll il-frott ta’ din l-inizjattiva.
Matuldin il-konferenza kien ippreżentat ukoll wieħed miż-żewġ kotba rebbieħa tas-sena li għaddiet: ‘Kliem ir-Riħ’ ta’ Simon Bartolo.  Dan il-ktieb ġie ppubblikat mill-Klabb Kotba Maltin.  Is-Sur Joe Mizzi, Direttur Maniġerjali tal-KKM, esprima l-impenn tiegħu biex il-letteratura għaż-żgħażagħ tkompli tikber u tistagħna.
L-awtriċi l-oħra rebbieħa tal-konkors hija RitaSaliba li l-ktieb tagħha joħroġ f’April 2011 mill-Merlin Library Ltd.
Waral-konferenza l-Onor Puli żar wkoll l-fiera tal-ktieb filwaqt li nieda kampanja favur il-qari ta’ Sierra Distributors Ltd.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow