16-il sottomissjoni għat-tieni edizzjoni tal-konkors letteratura għaż-żgħażagħ
pr2091
13/11/2010
| L-Onor | Clyde Puli, Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport dalgħodu indirizza konferenza tal-aħbarijiet, waqt il-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb, dwar il-konkors ta’ kitba għaż-żgħażagħ li tkun organizzata mis-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport flimkien mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. |
| L-għan | tal-konkors huwa biex jimla lakuna fejn tidħol il-letteratura għaż-żgħażagħ. Fil-preżent, fil-Malti kuntrarju għal-letteraturi barranin għandna ftit wisq testi letterarji għal din l-età u l-għan ta’ dan il-konkors hu li maż-żmien tinbena librerija ta’ pubblikazzjonijiet. |
| Fid-diskors tiegħu l-Onor. Puli sostna li din hija | inizjattiva oħra ta’ empowerment għaż-żgħażagħ. L-Onor Puli saħaq li din l-inizjattiva tħeġġeġ awturi stabbiliti jiktbu letteratura għaż-żgħażagħ ta’ bejn it-tnax u s-sbatax -il sena u fuq kollox qal li toffri opportunità għall-kittieba ġodda fosthom awturi żgħażagħ. Fuq kollox, f’dan il-konors qed jingħata premju lill-awtur żagħżugħ li jiġi l-ewwel fost il-kittieba żgħażagħ biex itejjeb il-manuskritt miegħu. Ir-rebbieħa f’dan il-konkors jkunu tnejn u jitqiesu ndaqs u jkollhom il-jedd tal-pubblikazzjoni. |
| Is-Segretarju Parlamentari qal li wara li ftit | tax-xhur ilu ħabbarna t-tieni edizzjoni ta’ dan il-konkors daħlu sittax -il sottomissjoni. |
| Fil-konferenza tkellem ukoll Dr Ġorġ Mallia li | esprima s-sodisfazzjoni li s-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport laqa’ mill-ewwel idea u issa beda jinħasad ukoll il-frott ta’ din l-inizjattiva. |
| Matul | din il-konferenza kien ippreżentat ukoll wieħed miż-żewġ kotba rebbieħa tas-sena li għaddiet: ‘Kliem ir-Riħ’ ta’ Simon Bartolo. Dan il-ktieb ġie ppubblikat mill-Klabb Kotba Maltin. Is-Sur Joe Mizzi, Direttur Maniġerjali tal-KKM, esprima l-impenn tiegħu biex il-letteratura għaż-żgħażagħ tkompli tikber u tistagħna. |
| L-awtriċi l-oħra rebbieħa tal-konkors hija Rita | Saliba li l-ktieb tagħha joħroġ f’April 2011 mill-Merlin Library Ltd. |
| Wara | l-konferenza l-Onor Puli żar wkoll l-fiera tal-ktieb filwaqt li nieda kampanja favur il-qari ta’ Sierra Distributors Ltd. |
Other Press Releases:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003