DISKORS MILL-ONOR LAWRENCE GONZI, PRIM MINISTRU, WAQT IR-RIĊEVIMENT FL-OKKAŻJONI TAL-35 ANNIVERSARJU MIT-TWAQQIF TA’ AX HOLDINGS, F’THE PALACE, TAS-SLIEMA – IL-ĠIMGĦA, 12 TA’ NOVEMBRU 2010
pr2089
12/11/2010
| Sur | Xuereb, |
| Familja | Xuereb, |
Mistiedna Distinti,
Sinjuri,
| Hu ta’ | sodisfazzjon li nisma’ intraprendituri Maltin, bħal familja Xuereb, jitkellmu b’tant ħeġġa u enerġija fuq in-negozju tagħhom kif ukoll fuq il-potenzjal ta’ pajjiżna. Għalhekk huwa l-pjaċir tiegħi li nkun hawn magħkom illejla għal dan l-avveniment tant importanti għalikom u għal pajjiżna. |
| Ippermettuli ngħid kelmtejn bil-lingwa Ingliża | għall-benefiċċju tal-mistiedna barranin. It is always a privilege to be with people, like the Xuereb family, who, not only believe in Malta’s potential but who also play an important role in Malta’s development. Over these 35 years that we are celebrating today, Angelo Xuereb and AX Holdings displayed the values of determination, flexibility and the ability to transform challenges into opportunities - values that are fundamental not only for a company but more importantly for a country. Such values have enabled us to weather the international economic crisis and I am convinced that they will enable us to move forward in years ahead. Government is supportive of enterprises such as AX Holdings and our policies and vision are aligned to continue providing a business friendly environment for the private sector to continue being the main engine of economic growth and employment creation. |
| Iċ-ċerimonja tal-lum hija ċelebrazzjoni ta’ dawn | il-ħamsa u tletin sena li ilha mwaqqfa AX Holdings. Kif smajna mis-Sur Xuereb, hija storja ta’ kumpanija li laqgħat l-isfidi u li dawrithom f’opportunitajiet. Kumpanija li hi bbażata fuq il-ħiliet tal-ħaddiema u s-sens intraprenditorjali. Hekk hi wkoll l-istorja tal-iżvilupp ekonomiku ta’ pajjiżna li hu mibni fuq il-kapaċitajiet, il-bżulija u l-enerġija tal-ħaddiema u ta’ dan il-poplu. |
| Il-poplu | Malti dejjem wera li kapaċi jegħleb l-isfidi ta’ quddiemu. Dan rajnieh tul ix-xhur li għaddew hekk kif Malta rnexxielha bil-għaqal tegħleb sfidi li pajjiżi oħra, ferm akbar minnha, ma rnexxilhomx. Pajjiżna kiber b’rata mgħaġġla aktar mill-medja Ewropea u dik taż-żona ewro, kien il-pajjiż li l-aktar naqqas il-qgħad fl-Unjoni Ewropea u għandna r-raba’ lanqas rata ta’ qgħad. Dan huwa r-riżultat ta’ viżjoni, strateġija u bżulija f’deċiżjonijiet li ħadna bħala Gvern. Imsieħba f’dak li qed inwettqu hemm is-settur privat li jimpjega l-maġġoranza tal-ħaddiema Maltin, is-sidien tan-negozji żgħar u medji u dawk li jaħdmu għal rashom, il-korpi kostitwiti u anki l-unions li jirrappreżentaw il-ħaddiema. |
| Kif qal | tajjeb is-Sur Xuereb, irridu nkomplu nħarsu u nibqgħu ffukati fuq il-futur ta’ pajjiżna u mhux fuq il-futur immedjat biss. Is-suċċess kemm fin-negozju u kemm fuq livell nazzjonali huwa wkoll frott is-sagrifiċċju u l-għaqal. U hawn f’isem il-Gvern nixtieq nirringrazzja lis-settur privat kif ukoll il-ħaddiema Maltin tal-kontribut tagħhom biex Malta baqgħet dejjem kapaċi mhux biss tilqa’ għall-isfidi ta’ quddiemha imma wisq aktar telgħibhom. |
| Okkażjonijiet bħal tal-lum huma xhieda tal-potenzjal | ekonomiku ta’ pajjiżna. AX Holdings twaqqfet ftit wara li Malta saret pajjiż indipendenti, biex illum tħaddem 500 persuna. Mingħajr dubju, l-Indipendenza, is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea u ftit aktar minn sentejn ilu d-dħul tal-Ewro huma kollha deċiżjonijiet li kkontribwew għat-tkattir tal-investiment u l-impjiegi f’pajjiżna. Malta ittrasformat ruħha b’investiment qawwi kemm mis-settur privat u tal-Gvern fi proġetti u industrija li komplew isostnu l-iżvilupp ekonomiku u soċjali. |
| Il-Gvern | huwa kommess li jkompli jkun ta’ sostenn għas-settur privat u jibqa’ ffukat li jkompli jattira aktar investiment lejn pajjiżna. Il-Budget li għadna kemm ippreżentajna huwa mfassal biex bħala pajjiż inkomplu nikkonsolidaw il-kisbiet li għamilna flimkien bħala poplu. Irridu nkomplu nsaħħu s-sisien ekonomiċi ta’ pajjiżna, fl-industrija, fil-manifattura tas-servizzi, fl-industrija tas-servizzi u l-SME’s fost l-oħrajn. |
| Magħhom | hemm it-turiżmu li huwa settur fiċ-ċentru ta’ AX Holdings kif inhu għall-Gvern. Matul din is-sena se nkunu qed inżidu l-budget lill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu għal 35 miljun ewro. Resqin lejn sena rekord fit-turiżmu hekk kif l-istatistika tkompli turi tkabbir sostanzjali f’dan is-settur, tkabbir li qabeż il-livelli tas-sena 2008. U l-ħidma tal-Gvern f’dan is-settur se tkompli. |
Sinjuri,
| Qed | ninvestu għax nemmnu. |
| Nemmnu | fil-potenzjal ta’ pajjiżna. Nemmnu fil-potenzjal tal-Malti u nemmnu fis-settur privat ta’ pajjiżna. |
| Nixtieq | nawgura lil AX Holdings u lill-familja Xuereb aktar suċċessi fil-futur u biex il-ġenerazzjoni l-ġdida tkompli tħaddan il-valuri tal-bżulija, l-għaqal, l-innovazzjoni u d-determinazzjoni tant importanti għall-grupp u għal pajjiżna. |
Grazzi.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003