Left arrow Mur Lura

APPELL BIEX IL-POPLU JAGĦMEL AKTAR ATTIVITÀ FIŻIKA

pr2085
Date Icon 12/11/2010
Huwa fatt li l-attivitàfiżika u kull tip ta’ sport huma ta’ benefiċċju kbir għas- saħħa tal-individwu u allura għandna ninkoraġġuhom b’kull mod. Għalhekk, ilkoll kemm aħna, inkluż il-gvernijiet, is-soċjetà ċivili u l-iskejjel, irridu ninkoraġixxu il-parteċipazzjoni fl-attività sprotiva.
Dan sostnih, StephenSpiteri, Assistent Parlamentari fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja meta kien qed jitkellem f’seminar dwar “Is-sehem tal-Attività Fiżika u l-Isport fis-Soċjetà”, organizzat mill-Istitut tal-Edukazzjoni Fiżika u l-Isport tal-Università ta’ Malta b’kollaborazzjoni mad-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni.
L-AssistantParlamentari sostna li waħda mill-miri prinċipali biex jintlaħaq dan l-iskop hi li jkompli jitjieb it-tagħlim tal-edukazzjoni fiżika fl-iskejjel tagħna u jinħolqu opportunitajiet, anke permezz ta’ kollaborazzjoni akbar bejn il-Kunsill Malti għall-Isport u l-Kulleġġi tagħna, biex it-tfal ikollhom fejn jipprattikaw dixxiplini sportivi differenti.
F’dan il-kuntest hufaħħar l-inizjattiva tal-Kulleġġ Injazju li kull ġimgħa joffri opportunità għal studenti mill-kulleġġ u l-ġenituri tagħhom, billi anke jipprovdilhom transport mill-iskejjel tagħhom sal-faċilitajiet sportivi li hemm fl-iskola sekondarja tas-subien f’Tal-Ħandaq, biex imorru jipprattikaw l-isport.
L-investimenttal-Gvern fil-qasam tal-Isport jixhed l-impenn u l-importanza li l-Gvern jagħti lil dan il-qasam. Id-diversi faċilitajiet sportivi li nfetħu u hemm ippjanati madwar il-gżira kollha, l-għajnuna lill-għaqdiet sportivi kemm fi flus kif ukoll f’devoluzzjoni ta’ artijiet u b’mezzi oħra, huma prova ċara tal-ħidma li qed issir f’dan il-qasam.
Stephen Spiterisostna li punt kruċjali ieħor għaliex f’Malta għandna ninkoraġixxu l-attività fiżika hu l-problema tal-obeżità fost il-poplu tagħna u partikolarment fit-tfal, li għandna nagħmlu minn kollox biex niġġilduha.
Hu sostna li wieħedmill-modi l-aktar effiċjenti biex nevitaw il mard hu li nitgħallmu ngħixu ħajja sana. Illum naraw li ħafna impjiegi jinvolvu ħidma sedentarja, fejn wieħed ftit li xejn jiċċaqlaq, aħseb u ara kemm jagħmel eżerċizzju. Dan ġieb miegħu problemi ta’ ħxuna u mard ieħor marbut man-nuqqas ta’ eżerċizzju, fosthom mard tal-qalb.
L-AssistantParlamentari appella biex aktar persuni jagħmlu attività fiżika li mhux neċessarjament hi prattika sportiva partikolari, għalkemm min hu f’saħħtu għandu jagħmel dan ukoll. Madankollu anke sempliċi mixja qasira kuljum, tista’ tgħin biex ikun evitat il-mard u ngħixu ħajja aktar b’saħħitha.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

Aktar Stqarrijiet Right arrow