Left arrow Go Back

Ħidma tal-Gvern biex ikun faċilitat l-aċċess tan-nisa fid-dinja tax-xogħol

pr2083
Date Icon 12/11/2010
Metakien qed ikellem lil delegati tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea li kienu qed jiltaqgħu f’Malta, l-Assistent Parlamentari fil-Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Familja, Stephen Spiteri, semma d-diversi miżuri li ħa l-Gvern, partikolarment fl-aħħar tliet baġits, maħsuba biex iħajjru aktar nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol u b’hekk ma jħossuhomx esklużi minħabba s-sess tagħhom.
Id-Deputat Parlamentari tkellem dwar FamilyFriendly Measures bħalma huma t-teleworking, il-flexitime, il-leave tal-maternita’, kif ukoll il-ftuħ ta’ numru ta’ Ċentri għall-Kura tat-Tfal.  Hu spjega kif dawn iċ-ċentri huma wkoll inċentiv biex akar nisa jersqu lejn id-dinja tax-xogħol u b’hekk tiżdied ir-rata tan-nisa fl-impjieg u jinħoloq bilanċ aħjar bejn id-dinja tax-xogħol u l-ħajja tal-familja.
Fit-tliet baġits li għaddew, il-Gvern ħabbar numruta’ miżuri biex ikunu attirati aktar nisa lejn ix-xogħol.  Fost dawn kien hemm it-tnaqqis sa massimu ta’ €1000 mid-dħul taxxabbli tal-ġenituri li jibgħatu ’l uliedhom f’child care centres reġistrati, kindergartens privati u ċentri fis-sajf.  Barra minn dan, ommijiet li jibqgħu jaħdmu jew jirritornaw fl-impjieg wara ħames snin, jiffrankaw sena mill-income tax.
Employersli jħallsu għas-servizzi ta’ child care tal-impjegati tagħhom jirċievu tnaqqis fuq id-dħul taxxabbli tagħhom.
Barraminn dan kien introdott ukoll Klabb 3-16 fejn tfal fl-eta’ bejn it-tlieta u s-sittax-il sena jattendu wara l-iskola tas-6.00 p.m. biex jekk għandhom ġenituri li jaħdmu, jkollhom fejn joqgħodu sakemm dawn jirritornaw mix-xogħol, f’ambjent san li jgħinhom jiżviluppaw kemm akkademikament kif ukoll soċjalment.
Husemma wkoll il-programm li tmexxa fl-iskola primarja ta’ Bormla li kien maħsub li jgħin tfal ġejjin minn ambjent vulnerabbli li fost l-oħrajn kien jinkludi l-ħolqien ta’ Breakfast Club u Homework Club u anke żjarat għand familji tal-imsemmija tfal biex ikunu megħjuna numru ta’ diffikultajiet soċjali li mhux biss jgħin fis-soluzzjoni għall-problemi tat-tfal imma wkoll jiffaċilitaw l-aċċess tal-ġenituri għad-dinja tax-xogħol.
F’danir-rigward taw għajnuna imprezzabbli l-Aġenziji Appoġġ u Sapport, li huma preżenti b’mod permanenti fil-Kottonera fejn jeżistu numru ta’ problemi soċjali li aktarx huma aktar pronunzjati minn inħawi oħra f’Malta.
Dinl-attivita’ kienet parti minn programm ta’ Study Visit f’Malta minn membri tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-Unjoni Ewropea b’kollaborazzjoni mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali biex jistudjaw l-impatt tal-kriżi ekonomika fuq il-mara.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT  Jobsplus launches consultation process on its strategy and vision for the next six years

PR262003en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL  Jobsplus tniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni għall-istrateġija u l-viżjoni tagħha għas-sitt snin li ġejjin

PR262003

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INFRASTRUTTURA, L-IPPJANAR U X-XOGĦOL Jobsp...

More Press Releases Right arrow