AVVIŻ PRELIMINARI DWAR SEJĦA GĦAL PROPOSTI TA’ PROĠETTI TAĦT IL-FOND EWROPEW GĦALL-IŻVILUPP REĠJONALI (FEŻR)
pr2082
12/11/2010
| L-Awtorità ta’ | Ġestjoni f’Malta għall-Politika ta’ Koeżjoni 2007-2013, id-Dipartiment għall-Ippjanar u Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet (PPCD) fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, tixtieq tgħarraf li fil-ġimgħat li ġejjin se tniedi sejħa għal proposti ta’ proġetti li se jkunu parzjalment iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) 2007-2013. |
| Applikanti eliġibbli | se jkunu mistiedna jibagħtu l-applikazzjonijiet tagħhom għall-proġetti li jaqgħu taħt l-Assi ta’ Prijorità li ġej tal-Programm Operattiv I ‘Ninvestu fil-Kompetittività għall-Kwalità ta’ Ħajja Aħjar’: |
| Assi ta’ Prijorità 4: | ‘Mitigazzjoni u Adattament għat-Tibdil fil-Klima’ |
| Settur: Enerġija – | Din is-sejħa hija ristretta għall-interventi minn Entitajiet Pubbliċi bil-għan li tiżdied l-effiċjenza tal-enerġija u jiġu installati sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fl-infrastruttura ġewwa Għawdex. Aktar informazzjoni se tingħata fis-sejħa li ħa tinħareġ fil-ġimgħat li ġejjin. |
| It-total indikattiv | tal-allokazzjoni finanzjarja għal din is-sejħa huwa ta’ €5 miljuni. |
| Din is-sejħa hija | ristretta BISS għal proġetti li MA JINVOLVUX implikazzjonijiet ta’ għajnuna mill-Istat. |
| Applikanti | prospettivi għandhom jieħdu nota tat-total indikattiv tal-allokazzjoni finanzjarja għal din is-sejħa. Il-proposti għandhom jibqgħu fil-limiti tal-baġit tas-sejħa. |
| NB: Applikanti | prospettivi huma ġentilment mitluba jinnotaw li minħabba n-natura tal-proġetti, jinħtieġ li jissottomettu fi żmien xahrejn mid-data tal-għeluq tas-sejħa, studju dwar Financial Feasibility għall-proġetti ta’ valur inqas minn € 1 miljun; jew Analiżi Cost Benefit għall-proġetti ta’ valur ta’ aktar minn € 1 miljun. |
| It-tnedija tas-sejħa | nnifisha kif ukoll id-dettalji dwar is-Sessjoni ta’ Informazzjoni se jiġu ppublikati fil-ġimgħat li ġejjin u se jkunu disponibbli fuq il-paġna elettronika tal-PPCD: www.ppcd.gov.mt/calls_all. Il-Formola tal-Applikazzjoni u d-dokumenti relatati mas-sejħa (inkluż il-lista ta’ azzjonijiet eliġibbli) se jkunu aċċessibbli fuq din l-istess paġna, ladarba tiġi mnedija s-sejħa. |
Sadanittant, aktar informazzjoni u dokumentazzjoni ġenerali jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit elettroniku tal-PPCD: www.ppcd.gov.mt jew billi tintbagħat posta elettronika fuq info.ppcd@gov.mt.
Dan huwa avviż preliminari li qed isir sabiex jagħti aktar żmien għat-tħejjija tal-proġetti.
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003