GĦAJNUNA BIEX IS-SUQ TAS-SERVIZZI IKATTAR IX-XOGĦOL
pr2081
12/11/2010
| “Ix-Xogħol huwa | ċentrali fil-politika tal-Gvern, għax permezz tal-ħolqien ta’ impjiegi aħjar, nistgħu niggarantixxu livell ta’ għajxien tajjeb għall-familji tagħna.” Dan qalu Jason Azzopardi Segretarju Parlamentari għal Negozji Żgħar u Artijiet waqt żjara li huwa għamel illum għand kumpanija micro li taħdem fil-qasam tal-Marketing u l-Branding, u li hija benefiċjarja tal-Fondi tal-Unjoni Ewropea ERDF. |
| Jason Azzopardi | kompla li permezz ta’ għajnuna konkreta f’forom differenti, il-Gvern irid ikompli joħloq l-aqwa ambjent li fih jimirħu l-impriżi tagħna. B’97% tal-impriżi tagħna huma micro, jekk jimirħu huma, timraħ l-Ekonomija kollha magħhom. |
| Defined Branding li | ilha stabbilita mill-2008, hija kumpanija micro li permezz tal-Fondi ERDF, nidiet programm ta’ tkabbir, li wassalha biex timpjega iżjed persuni b’ħiliet speċjalizzati, u li qed jippermettulha toħloq niċeċ u swieq ġodda. Grazzi għall-Fondi ERDF, din il-kumpanija issa qed tħaddem żewġ impjegati ġodda speċjalizzati fi 3D Design u Web development. Dan qed jippermettilha tkabbar l-opportunitajiet tagħha u tilħaq firxa iżjed wiesa’ tas-suq. Dan qed tagħmlu billi qed taħdem iżjed xogħol in-house, u għalhekk qed tkun dejjem iżjed kompetittiva. |
| Il-valur tal-proġett | ta’ tkabbir kollu huwa ta’ madwar €174,000 u l-Fondi ERDF ser jagħmlu tajjeb għal 25% ta’ din is-somma. |
| F’dinja fejn is-swieq | qed jespandu b’rata mgħaġġla, u l-konsumaturi qed jirfinaw il-gosti tagħhom, id-dehra ta’ kif kumpanija tippreżenta l-prodott jew servizz tagħha huwa iktar importanti minn qatt qabel. Is-Segretarju Parlamentari qal li il-Gvern jifhem l-importanza tal-marketing biex l-impriżi tagħna jkomplu jimirħu, u proprju għalhekk fil-Budget għas-sena d-dieħla qed jiddedika fondi għal dan l-għan. Huwa qal li l-Malta Enterprise nediet programm ta’ taħriġ u konsulenza fil-qasam tal-franchising, bil-għan li ditti Maltin u l-prodotti tagħhom ikunu esportati lejn swieq barranin b’iżjed facilità. Dan imur id f’id mal-Fond ta’ €100,000 għal Gateway to Export li ser jgħin u jħarreġ kumpaniji jesportaw lejn swieq barranin. |
| Is-Segretarju | Parlamentari saħaq li ta’ Defined Branding huwa eżempju ieħor ta’ kemm il-Fondi ERDF qed jgħinu kumpaniji micro jkabbru l-operat tagħhom, u jimirħu. Apparti li jgħinu lill-kumpaniji nfushom, dawn il-fondi qed ikunu strumentali biex jiġi żviluppat is-suq tas-servizzi, l-iżjed dak tal-valur miżjud. B’hekk tkompli tinħoloq rota ta’ investiment, li tkattar ix-xogħol. |
| Jason Azzopardi feraħ | lid-diretturi żgħażagħ, u l-ħaddiema ta’ din il-kumpanija, u awguralhom kull suċċess għall-futur. |
Stqarrijiet Oħra:
PR262003en
PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR INFRASTRUCTURE, PLANNING AND EMPLOYMENT ...
PR262003